Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI JFAKKAR IL- JUM DINJI TA' L-ANZJANI

PR1252
Date Icon 20/09/2000

Il-Jum ta l-1 t'Ottubru gie ddikjarat bhala l-Jum Dinji tal-Anzjani min-Nazzjonijiet Uniti. Biex jigi mfakkar dan il-jum is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali hejja gimgha ta' attivitajiet.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici, ta bidu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet billi inawgura wirja ta' Standardi tal-Kazini tal-Banda, gewwa t-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paul.

Waqt diskors li ghamel, is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici fahhar lil madwar 60 Kazini tal-Banda li qed jiehdu sehem f'din il-wirja unika. F'dawn l-istandardi, li huma kollha esebiti fit-Teatru tar-RSVP - wiehed ma jistax ma jfahharx l-impenn, il-livell gholi ta' xoghol mirqum fl-emblemi ta' dawn l-istandardi ta' kull belt u rahal, kif ukoll il-kultura u t-tradizzjonijiet tal-pajjiz.

Fil-foyer ta' l-istess Teatru hemm esebiti f'minjaturi, l-istess armi u emblemi tal-Kazini tal-Banda li qed jiehdu sehem. Dan hu kollu xoghol ta' Guzi Gauci, anzjan mill-Kalkara. Wiehed hawnhekk jista' jammira l-pacenzja u d-dedikazzjoni f'dan il-kwalita` ta' xoghol.

Dr. Antoine Mifsud Bonnici, wara li ddikjara l-esibizzjoni miftuha, qassam certifikati ta' tifkira lil kull Kazin tal-Banda partecipanti u ferhilhom u awguralhom ghax huwa fatt li hafna xoghol f'dawn il-kazini ghadu jsir minn anzjani li ghadhom attivi f'dan il-qasam. Il-Wirja giet imbierka mil-Kappillan tar-Residenza San Vincenz de Paul.

Wara li nfethet din il-wirja, il-Banda Anici ta' Hal-Qormi esegwit programm vokali u strumentali fit-Teatru ta' l-istess Residenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow