Left arrow Mur Lura

KONFERENZA TA' L-ILO GHALL-IMSIEHBA SOCJALI FIL-PAJJIZI APPLIKANTI GHAL SHUBIJA FL-UE SE SSIR F'MALTA

PR1246
Date Icon 25/09/2000

Il-Gvern Malti laqa' t-talba tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol sabiex torganizza f'Malta konferenza gholja ghall-Ministri u r-Rapprezentanti tal-Haddiema u ta' Min Ihaddem tal-pajjizi applikanti ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. Din il-konferenza, li ser issir f'Malta bejn id-29 u t-30 ta' Settembru, qed isir taht l-awspici tal-Presidenza Franciza tal-Unjoni Ewropea.

Dan qalu il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, f'konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha ta' d-dettalji tal-konferenza, li ser issir fl- SAS Radisson Bay Point Resort u li ghaliha ser ikunu prezenti l-oghla ufficjali tal-ILO, fosthom id-Direttur Ezekuttiv Francios Tremaud, rapprezentanti tal-Kummissjoni Ewropea, u rapprezentanti tal-Presidenza Franciza flimkien ma' Ministri responsabbli mix-xoghol u r-relazzjonijiet industrijali, kapijiet ta' organizzazzjonijiet ta' haddiema u min ihaddem, tal-pajjizi applikanti ghall-shubija fl-Unjoni Ewropea.

It-temi li ser jigu diskussi jinkludu r-rwol tad-djalogu socjali fil-promozzjoni tat-trattament indaqs tan-nisa u l-irgiel u r-rwol tad-djalogu socjali fil-holqien ta' politika dwar l-impjiegi.

Ghal din il-konferenza ser jerga' jigi Malta Giuseppe Casale, li aktar kmieni din is-sena kien mistieden bhala konsulent ta' l-ILO ghall-Gvern Malti, sabiex jaghti l-pariri tieghu ghat-tishih tad-djalogu socjali f'pajjizna.

Abbozz ta' Ligi dwar l-MCED

Il-Ministru Gonzi habbar li fl-okkazjoni ta' din il-konferenza, il-Gvern kien ser jippubblika Abbozz ta' Ligi li jaghti struttura gdida lill-MCED biex jisahhah id-djalogu socjali f'pajjizna.

Dan l-Abbozz ta' Ligi gie ippreparat fuq suggerimenti li s-Sur Casale kien ghamel lill-Gvern Malti wara konsultazzjonijiet li huwa kellu direttament ma' l-imsiehba socjali Maltin ftit tal-gimghat ilu.

Fost il-bidliet l-aktar importanti nkluzi fl-Abbozz wiehed jista jsemmi :

Ghall-ewwel darba ser ikun hemm qafas legali li jwaqqaf formalment din l-istituzzjoni

It-termini ta' referenza tal-Kunsill ser jitwessaw biex jinkludi l-izvilupp socjali u ghalhekk, il-Kunsill issa ser ikun maghruf bhala il-Kunsill Malti Ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali;

Il-Kunsill ser jitqieghed taht id-dikasteru tal-Prim Ministru;

Il-Gvern ser jinnomina l-ghola ufficjali tieghu biex jirraprezentawh;

Il-Kunsill ser ikollu Kummissjoni gdida li tkun tinkludi organizzazzjonijiet ewlenin biex jirraprezentaw lis-socjeta' civili; Dawn ser jinkludu lil :

Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh

Il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani

Il-Kummissjoni Nazzjonali Ghall-Persuni b'Dizabilit'�

Il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara

Organizzazzjonijiet ohra skond kif tista' tiddeciedi l-MCESD.

Il-Kunsill ser ikollu segretarjat ezekuttiv u rizorsi finanzjarji necessarji sabiex iwettaq hidmietu.

Il-Ministru Gonzi qal illi kopja ta' din l-Abbozz ta' Ligi dig'� gie pprezentat lill-MCED u hu jinsab infurmat li ntlaqa' tajjeb, ghalkemm ser ikun hemm xi suggerimenti dwar min jippresjedi fl-assenza tac-Chairman u dwar il-mod ta' kif jittiehdu d-decizjonijiet fi hdan il-Kunsill.

Il-Ministru Gonzi tenna l-impenn tal-Gvern favur is-shubija socjali u qal li l-prezenza tas-Sur Casale f'Malta ggib fit-tmiem id-diskussjonijiet li ilhom isiru ghal dawn l-ahhar xhur. Fil-fatt il-Gvern ser jippublika din il-ligi fi zmien qasir, wara li jkun ufficjalment ircieva u kkunsidra r-reazzjoni tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow