Left arrow Go Back

MESSAGG MILL-ONOR. LOUIS GALEA MINISTRU TA'L-EDUKAZZJONI FL-OKKAZJONI TA' L-INAWGURAZZJONI TAL-HIDMA KULTURALI U ARTISTIKA FIL-KAVALLIER TA' SAN GAKBU CENTRU GHALL-KREATTIVITA'

PR1241
Date Icon 22/09/2000

Ninsabu hawn il-lum ghax irnexxielna naghmlu pass iehor fil-mixja kulturali taghna. Wasalna biex ngharfu b'din il-prominenza kollha il-hila taghna bhala poplu li jaf johloq u li jixraqlu li jkollu post ewlieni fejn jista' jingabar biex juri l-hila tieghu.

Hu ghalhekk il-waqt li nfakkru l-qofol tat-twemmin kulturali taghna, ahna, gvern u poplu, li wasalna sat-tielet millennju wara Kristu minghajr ma tfarrakna u ma nqridna. Il-lum nifhmu wehidna li, kif gara lil gnus ohra, kienet il-kultura taghna l-Maltin li zammitna shah biex wasalna sa hawn, nazzjon indipendenti, repubblika, b'harsitna lejn gejjieni li jarana haga wahda mal-gnus Ewropej.

Dan il-progett m'huwiex biss x'nixtiequ naghmlu mil-lum ‘il quddiem. Huwa wkoll certifikat ta' hilitna, tislima lil gensna li bil-hila kreattiva tieghu bena nazzjon li m'ghandu xejn nieqes hdejn haddiehor. Insellem f'dan il-waqt lill-Maltin ta' hila kollha li taw id-dinjita' lil pajjizna tul is-sekli u l-lum. Dan hu l-lingwagg li qeghdin jithadtu l-pajjizi Ewropej il-lum, u dan hu l-lingwagg taghna wkoll, fiducja fina nfusna, fl-istorja, f'niesna, fil-wirt kulturali ghani li jaghzilna minn kulhadd.

Il-Gvern jifhem li dan il-post ghandu jkun gharfien konkret ta' din il-kultura Maltija, li biha ahna dak li ahna, u li minghajrha m'ahna u ma nistghu nkunu hadd aktar. Hu l-post fejn jistghu jiltaqghu l-hiliet kollha taghna, fejn infakkru kulma sar mill-Maltin fl-imghoddi, u fejn naghrfu x'ghandna hila naghmlu ahna l-Maltin tal-lum. L-impenn taghna hu favur kultura li sseddaq dak kollu li jaghtina l-fiducja fina nfusna biex inkunu ahna wkoll parti mill-muzajk li jsawwar Ewropa shiha, fejn ma nistghux inkunu inqas minn haddiehor. Anki ghar-ragunijiet l-izjed prattici u attwali, l-izjed fil-fora internazzjonali, ma nistghux ma nkunux leali lejn il-kultura tar-ruh Maltija. Dmir il-Gvern hu li mhux biss jaghraf dan izda li jipprovdi l-ghodda ghal dan.

Ghalhekk il-post hu miftuh ghall-poplu kollu u ghall-ghamliet kollha ta' kreattivita', ghall-etajiet kollha, ghall-artisti maghrufa u ghal kull min ihoss il-hila li johloq xi haga. B'dan il-mod nissoktaw naghrfu x'hemm tajjeb u sabih fl-istorja u fiz-zmien taghna. B'hekk niggarantixxu li ma nhallu xejn minn kulma hu taghna jintilef taht l-ghabra tal-pregudizzju jew tat-traskuragni jew tan-nuqqas ta' stharrig xjentifiku li nehtiguh biex nifhmu kollox fid-dawl propju tieghu.

Ghal darba ohra nistqarru l-fiducja taghna fil-hila ta' niesna. Nistqarru l-qima lejn il-genju ta' l-artisti taghna ta' kull zmien, tal-pitturi, ta' l-iskulturi, tal-muzicisti, tal-poeti, tar-rumanzieri, ta' l-istudjuzi, ta' dawk kollha li jaghtuna l-jedd nidhlu ahna wkoll fil-familja kbira tal-gnus. Dawn huma l-kredenzjali normali li bihom ahna kburin, u li rriduhom ikunu maghrufa ahjar, fix-xandir, fl-iskejjel, fic-centri tal-kultura, fil-hajja tal-partiti taghna, fl-oqsma kollha fejn il-Maltin jaghrfu li huma poplu iehor, tant li ghandhom il-jedd u l-kwalifika li jissiehbu ma' l-ohrajn.

Ma nistghux nistennew li nkunu stmati mill-popli l-ohra jekk ma nibnux kollox fuq l-istima lejn il-kultura taghna, jigifieri jekk ma nsegwux l-ezempju konsistenti u kontinwu tal-bqija tal-kontinent u tad-dinja. Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jaghmel dan b'hiltu kollha, fil-livelli kollha, fl-iskejjel, fit-toroq, fuq ix-xandir. Bl-gharfien shih tal-kultura Maltija nkomplu nibnu l-istatura ta' stat modern emancipat. Il-mudell internazzjonali ghandu jikkonvincina biex inpattu ghall-izvantaggi ta' l-imghoddi, l-aktar fil-qasam edukattiv.

Ic-Centru tal-Kreattivita', ghalhekk, jitlob minnu nnifsu li jkun il-post ewlieni fejn jinghata l-gharfien lill-kultura Maltija li tezisti u fejn isir kull sforz biex din il-kultura tizviluppa. Nixtieq li dan ikun post fejn ebda Malti u Maltija ma jhossuhom barranin f'darhom stess, ghaliex irridu nkomplu nhabirku biex il-kultura tasal aktar ghand kulhadd. Dan ic-centru hu punt organizzattiv, fulkru li madwaru jistghu jduru attivitajiet ohrajn.

Mill-kultura taghna kollha li taghmilna nazzjon emancipat m'hemm xejn li m'hemmx post fil-Kavallier ta' San Gakbu. Il-bibien huma miftuhin ghaliex nifhmu li hi l-kultura taghna li qabel xejn ghandha s-sahha twaqqa' hitan bla htiega u tibni relazzjonijiet ta' rispett, ammirazzjoni u fiducja. Nazzjon isalva jew jeghreq bis-sahha tal-kultura tieghu stess.

Il-Gvern Malti jemmen bhal kull gvern iehor fil-kultura tal-pajjiz. Bhal fi progetti ohrajn, din id-darba wkoll qeghdin nibnu l-gejjieni fuq l-aqwa haga li jista' jkollu kull nazzjon modern: ir-rispett lejn il-kultura tieghu, li mbaghad iwassal ghar-rispett lejn l-ohrajn.

Il-lingwa nazzjonali, l-arti viziva, il-muzika, l-isport, il-letteratura, l-arkitettura, l-istroja, il-folklor, dawn u kull qasam iehor huma l-mottiv ta' dan il-progett. Waqt li bhal kull gvern iehor nistqarru l-principji sagri taghna, ninsab cert li naqblu li qeghdin ukoll inkunu prattici u konkreti biex noffru kull possibilita' ghall-Izvilupp tal-hila kreattiva tal-poplu taghna.

Kellna nistennew hafna biex naraw is-swar tal-gwerra mbiddlin f'oqsma ta' rieda tajba u ta' hila, izda qatt m'hu tard wisq. J'alla l-Kavallier ta' San Gakbu jkun minnu nnifsu messagg ta' paci, ftehim, ghaqda u rieda tajba, mibnijin ilkoll fuq il-konvinzjoni li l-kultura Maltija hi ghanja u valida daqs kull wahda ohra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow