Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI WAQT L-FTUH TA'SEMINAR DWAR GENDER MAINSTREAMING LIL UFFICJALI GHOLJA FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI

PR1240
Date Icon 22/09/2000

Nixtieq niftah dan is-Seminar billi nirringrazzjakon tal-partecipazzjoni taghkom u tax-xoghol kollu li intom qieghdin taghmlu fl-oqsma diversi ta' l-operat tal-Ministeru ghall-Politika Socjali. Kif nahseb li intom konxji, il-Ministeru taghna huwa Ministeru vast, u jinkorpora fih oqsma ta' amministrazzjoni li jaffettwa b'mod dirett il-kwalita' tal-hajja tac-cittadini u s-socjeta'.

‘Socjeta' ghal Kulhadd' hija t-tema gwida li ghazilna bhala objettiv principali ghall-politika li biha irridu li mmexxu f'din il-legislatura. Xi jfisser dan? Ifisser li l-Ministeru ghall-Politika Socjali irid jitmexxa minn principji sodi u cari bbazati fuq l-inklussjoni, il-gustizzja socjali u l-impenn favur il-holqien ta' komunitajiet li fihom kulhadd jhoss li ghandu sehem x'jaghti. ‘Socjeta ghal Kulhadd' tfisser socjeta minghajr fruntieri, minghajr diskriminazzjoni ta' tip jew iehor, imma fl-istess hin, socjeta li tghin lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli sabiex jersqu aktar lejn ic-centru ta' l-attivita' ekonomika u socjali tal-komunitajiet taghna.

F'dan is-sens l-ugwaljanza mhix koncessjoni imma dritt. Aktar min hekk, il-politika ta' dan il-Gvern tmur ‘l hinn mill-kuncett tal-ugwaljanza, jigifieri minn glieda sabiex tipprotegi lil min qed jigi b'xi mod diskriminat u tiffoka aktar fuq il-holqien ta' ambjent li ma jippermettix diskriminazzjoni li ssir. Id-differenza hija cara daqs kemm hija netta. Il-Gvern ma jridx li jkun biss ghodda rejattiva, imma irid ikun forza pro-attiva sabiex jixpruna bidla fil-mentalita.

Fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs bejn is-sessi, il-politika tal-Gvern iddur madwar il-kuncett tal-Gender Mainstreaming li gie imfisser fir-Raba Konferenza Mondjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa bhala ‘l-inkorporazzjoni tal-perspettiva dwar is-sessi fil-politika u l-programmi kollha, sabiex kull decizjoni li tittiehed tigi analizzata mil-lat ta' kif ser tolqot in-nisa u l-irgiel'.

Din il-politika tirrikjedi li kull min qieghed f'pozizzjoni ta' tmexxija jew f'pozizzjoni ta' tehid tad-decizjonijiet jkun infurmat sew dwar il-mod ta' kif ghandu jew ghandha tqis l-impatt li d-decizjonijiet, il-programmi u l-progetti jista' jkollhom kemm fuq in-nisa kif wkoll fuq l-irgiel, sabiex ma jinholqux barrieri strutturali li ma jippermettux opportunitajiet indaqs ghal persuni differenti.

Din hija bidla fil-mentalita', bidla fil-mod ta' kif ingibu ruhna f'dinja li dejjem kienet dominata mill-irgiel. Ir-realta' tad-dinja tax-xoghol illum hija differenti, u kwazi kwazi nistghu nghidu li qed tinqaleb peress li filwaqt li anqas irgiel qieghdin jidhlu fis-suq tax-xoghol, in-nisa qeghdin, kull ma jmur, jizdiedu b'rata mghaggla. Din il-politika mhix battalja kontra l-irgiel jew favur in-nisa, imma hija politika li tiffacilita' u li thares lejn il-holqien ta' ambjent li jispira opportunitajiet indaqs minghajr rikors ghal strategiji difensivi.

Is-Seminar ta' llum huwa ezempju car u prattiku ta' dak li qed nispjega. Dawn il-jumejn organizzati mill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara huma ntizi sabiex jaghmlu konxji li dawk l-ufficjali fil-Ministeru ghall-Politika Socjali dwar l-impatt li d-decizjonijiet taghhom jista' jkollhom fuq in-nisa u l-irgiel. Dan is-Seminar ghalhekk huwa wiehed ta' nformazzjoni u edukazzjoni sabiex il-politka tal-Gvern tkun tista' titwettaq b'mod proattiv.

Hassejna li ghandkom tkunu intom, l-ufficjali tal-Ministeru ghall-Politka Socjali li tniedu t-triq ghal bidla fil-mentalita' tas-Servizz Pubbliku, u ghalhekk nixtiequ li noffrulkom l-ewwel opportunita' sabiex tifmhu aktar x'inhi il-vizjoni tal-Gvern f'dan il-qasam filwaqt li tinghataw l-ghodda sabiex tkunu tistghu twettqu din il-politika. Nahseb li l-Ministeru taghna li tahtu taqa r-responsabbilita' ghat-twettiq tal-politika tal-Gvern dwar in-Nisa fis-Socjeta ghandu jipprovdi ezempju ghal Ministeri u entitajiet ohra tal-Gvern.

Jekk wiehed ihares lejn is-snin li ghaddew, malajr jinduna li l-Gvernijiet differenti dejjem hadmu hafna sabiex jintroducu mentalita gdida fis-Servizz Pubbliku. Dan kien kollu sforz tal-inizjattivi li dejjem hadet u ghada qed tiehu l-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u dak li llum huwa d-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Socjeta'.

Fl-1989 bdiet l-ewwel inizjattiva permezz ta' Cirkulari mill-Ufficcju tal-Prim Ministru li bdiet tinkoragixxi sabiex fil-process ta' tfassil tal-ligijiet tigi kkonsultata l-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara li kienet ghadha kemm giet imwaqqfa. L-iskop kien li jigi accertat li l-ligijiet tal-Gvern u l-politka generali tieghu ma tkunx fiha nfisha xkiel ghan-nisa fis-socjeta'

Fir-Raba Konferenza Mondjali tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Uniti li saret f'Beijing fl-1995, il-Gvern Malti haddan il-Programm ta' Azzjoni li fih il-Gender Mainstreaming gie identifikat bhala l-istretegija ewlenija li permezz taghha tintlahaq l-ugwlajanza bejn is-sessi.

Fit-8 ta' Marzu tas-sena l-ohra, imbaghad, il-Kabinett tal-Ministri ikkonferma l-impenn tieghu sabiex jintlahaq de facto l-ugwaljnaza u approva rakkomandazzjonijiet sabiex jittiehdu mizuri konkreti u sabiex il-politika tal-gender mainstreaming tkun tista titwettaq. F'Gunju ta' din is-sena mbaghad il-Kap tas-Servizz Pubbliku f'cirkulari lill-ufficjali gholja enfasizza l-bzonn ta' aktar kontabilita' ghall-implementazzjoni tal-gender mainstreaming u fakkar li l-ufficjali pubblici kollha ghandhom ir-responsabbilita' li jwettqu din il-politika fid-Dipartimenti u l-entitajiet taghhom.

X'inhi ir-responsabbilta' li ghandkom intom bhala ufficjali tas-Servizz Pubbliku?

Ir-responsabbilta' taghkom hija li fil-process tat-tfassil u t-twettiq tal-programmi u l-progetti li intkom tmexxu, issir analizi tal-impatt ta' dak il-progett jew programm fuq in-nisa u l-irgiel, kemm mil-lat ta' dawk li huma l-beneficjarji kif wkoll dawk li qed jaghtu s-servizz jew iwettqu l-programm. Din l-analizi tidentifika il-bzonnijiet ta' kategoriji differenti ta' haddiema jew beneficjarji u thares lejn kif certa decizjonijiet jistghu jaffettwaw lin-nisa u l-irgiel.

Din ir-responsabbilta' ma jistax igorra wahdu il-politku. Il-Gvern ihaddem l-akbar numru ta' nies fil-pajjiz u ghalhekk ghandu d-dmir li jkun xprun tal-bidla u jrid jkun ta' ezempju ghas-settur privat. Barra min hekk, il-Gvern irid wkoll juri r-rieda politika li jwettaq dak li jemmen. Proprju ghal din ir-raguni, l-ewwel inizjattivi f'dan is-sens ghandu johodhom il-Gvern stess u ghandu jwettaqhom permezz ta' dawk kollha li jahdmu fi hdanu. Huwa ghalhekk li intom, bhala ufficjali tas-Servizz Pubbliku, tridu taghmlu din il-politika taghkom b'mod li tkunu minn ta' quddiem fit-twettiq taghha u tkunu intom stess l-ewwel nies li b'mod attiv tiehdu sehem u tippromwovu opportunitajiet indaqs fl-ambjenti tax-xoghol taghkom.

Xi kultant dan mhux facli daqs kemm nahsbu li jkun. Certa metodi ta' xoghol, certa' mentalitajiet, certa' attitudnijiet ma jistghux jinbidlu mill-llum ghal ghada. Ahna stess xi kultant inkunu trabbejna b'certa idejat fissi dwar kif ghandha tkun organizzata d-dinja tax-xoghol, jew min ghandu jahdem xiex, jew min suppost jaghmel xiex! Dawn huma kollha idejat li hafna drabi jistghu jigu meghluba jekk inkunu konxji taghhom u nahdmu fuqhom sabiex ma nhalluhomx jaffettwaw l-mod ta' kif ahna bhala persuni f'pozizzjonijiet ta' tmexxija nharsu lejn id-dinja ta' madwarna.

Huwa ghal dan il-ghan li ghazilna persuna bi specjalizzazzjoni fil-qasam tal-psikologija, sabiex tghin lilna nigu aktar konxji ta' dawk l-idejat jew opinonijiet li jista' jkun li jkollna u sabiex tghina aktar naprezzaw id-differenzi li jezistu bejn is-sessi u l-mod ta' kif dawn id-differenzi setghu kellhom impatt fuq l-istituzzjonijiet li ahna llum immexxu. Ninsab cert li taghrif bhal dan huwa utli hafna u jista jghin sabiex nkomplu nizviluppaw socjeta aktar inklussiva, ambjent li jirrispetta l-htigijiet u l-bzonnijiet ta' dawk kollha li jifformaw parti mis-socjeta'!

Kif diga ghidt il-Gvern qed juri l-impenn tieghu ghalkemm, f'certu sens dan qatt ma hu bizzejjed! Madankollu ser insemmi zewg zviluppi mportanti li xi kultant nahseb li ghandna ma bdejniex naprezzaw bizzejjed.

F'Novembru tal-1998, il-Gvern innegozja ftehim kollettiv gdid ghall-haddiema kollha fis-Servizz Pubbliku. Fost affarijiet ohra, dan il-ftehim dahhal mizuri godda li huma apposta ndirizzati lejn it-tishih tal-familja (family friendly). Permezz taghhom persuna li ghandha impenji jew doveri ohra tista' taghzel li tahdem sighat anqas sabiex tkun tista tlahhaq mad-doveri l-ohrajn. Din l-iskema' ta' sieghat imnaqqsa ta' xoghol (reduced hours), hija ta' beneficcju kbir ghal dawk il-hafna nisa li s'issa kien ikollhom jhallu l-karriera taghhom sabiex jinghataw ghall-familja. L-istess jista jinghad ghar-responsibility break li jippermetti lil persuna li tiehu sa tliet snin leave bla hlas sabiex taqdi doveri ohra minghajr ma jkollha tirrinunzja ghall-impjieg taghha.

Fl-14 ta' April imbaghad ippublikajt sett ta' regoli li jharsu s-sahha u s-sigurta' ta' nisa li jkunu waqt it-tqala. Kien ilu jinghad li hemm bzonn li l-leave tal-maternita' jizdied. Kien ilu wkoll jigi ssuggerit li l-mara ghandu jkollha l-fakulta' biex tiddeciedi hi meta l-ahjar li tiehu l-leave fi zmien it-tqala. Dan issa sar possibbli ghaliex mill-1 ta' Jannar li gej, il-leave tal-maternita ser jizdied ghall-erbatax-il gimgha filwaqt li mara issa hija marbuta li tal-anqas tiehu gimghatejn leave qabel ma jaghlaq iz-zmien tat-tqala.

Dawn kollha huma mizuri pozittivi li jkomplu juru l-impenn u r-rieda tal-Gvern li jimplementa mizuri sabiex jitnehha kull xkiel sabiex kulhadd ikollu l-istess opportunitajiet. Bla dubju ghad hemm hafna xi jsir, imma nemmen li permezz taghkom il-vizjoni tal-Gvern tista' ssir realta'. Dan imma jista jsir biss jekk intom taghmlu taghkom wkoll il-vizjoni li l-Gvern qed jipproponielkom!

Ghal darb'ohra nixtieq nuri l-apprezzament tieghi ghall-attendenza taghkom u nirringrazzjakom ghax-xoghol kollu li twettqu bhala ufficjali tal-Ministeru ghall-Politka Socjali. Ninsab cert li permezz tax-xoghol taghkom kapaci naghmlu differenza fil-hajja ta' kullhadd, imma specjalment ta' dawk li qieghdin fil-periklu li jibqghu lura.

Grazzi u Awguri

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow