STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI
B'riferenza ghall-istqarrija mhux iffirmata fil-gurnal l-Orizzont, tat-Tlieta 19 ta' Settembru 2000 rigward l-Marsa F.C. is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor Jesmond Mugliett jixtieq jiccara l-inezattezzi li jinsabu fl-istess stqarrija:
Min kiteb din l-istqarrija m'huwiex aggornat fuq is-sitwazzjoni fil-Marsa Grounds. Infatti, kieku wiehed jistaqsi lis-Sur Joe Gauci, President tal-Marsa F.C. kieku din l-istqarrrija ma kienetx tinkiteb. Dan ghaliex is-Sur Gauci huwa r-rapprezentant tal-Marsa F.C. fuq il-Marsa Coordinating Board li x-xoghol principali tieghu huwa li jhejji ‘Development Brief' tal-Marsa. Dan il-brief irid jiggarantixxi li dawk l-entitajiet principali li sallum jaghmlu uzu mill-grounds tal-Marsa jinghatalhom titlu fuq l-art li qed juzaw, filwaqt li kollha jkollhom sehem attiv fit-tmexxija u harsien ta' l-istess kumpless. Fil-fatt dan l-istess Bord f'dawn il-gimghat li gejjin ser johrog is-sejha ghall offerti ghal dan il-Brief.
Sadanitant il-manutenzjoni fuq il-pitches tal-Marsa Grounds qed issir bhal qabel, mid-Dipartiment ta' l-Isports fi hdan is-Segretarjat Parlamentari.
Bhalissa qed isir is-seeding, re-seeding u overseeding fil-pitches tat-turf sabiex l-istess Marsa F.C. u r-Rugby Football Union (bhala l-entitajiet principali ikollhom turf pitches fejn jaghmlu t-tahrig taghhom. Ta' minn jghid li l-Marsa F.C. kien proprju f'dawn l-ahhar sentejn li setghu jaghmlu uzu mit-turf pitches tal-Marsa, u dan wara l-insistenza tas-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett, li irrikonoxxa lil-istess Marsa F.C. bhala wiehed mill-utenti principali fil-Marsa Grounds. Ta' min jghid, li bhalissa qed jigi offrut l-uzu tal-Ground n. 5 (ramel) li ghalkemm mhux tal-haxix huwa l-unika alternattiva sakemm jikber it-turf.
Sadanitant ir-Rugby Football Union qed jaghmlu trattativi sabiex ikunu jistghu jizviluppaw il-Ground 5 (tar-ramel) fi stadium zghir ghar-Rugby, filwaqt li l-Marsa F.C. ikunu jistghu jiehdu ‘l Ground n. 3 (tar-Rugby) ghal uzu permanenti. S'issa kemm l-Marsa F.C. u r-Rugby Union qed jaghmlu uzu tal-ground n.3
Minn dawn il-fatti, jidher car li minn kiteb l-istqarrija li giet ippubblikata ma jafx il-fatti kollha u jekk hemm xi dubju li s-Segretarju Parlamntari Jesmond Mugliett mhux ser izomm kellmtu, forsi r-rapprezentant tal-Marsa F.C. fil-Marsa Coordinating Board jista' jikkonferma dan kollu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN