IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-PERIT JESMOND MUGLIETT IKOLLU DIVERSI TAHDITIET F'SYDNEY U MELBOURNE
Is-Segretarju Parlamentari l-Perit Jesmond Mugliett, fil-granet li ghaddew, segwa programm fejn attenda ghall-partecipazzjoni ta' l-atleti Maltin fl-Olimpjadi, iltaqa' ma' diversi ghaqdiet tal-Maltin f'Sydney u Melbourne, filwaqt li kellu laqghat ma' diversi Ministri barranin li qeghdin f'Sydney ghall-Olimpjadi.
Il-Kumitat Olimpiku Malti rcieva ghajnuna sostanzjali mill-komunita' Maltija fl-Awstralja sabiex tghin fl-ispejjez tal-participazzjoni u l-preparazzjoni ta' l-atleti Maltin. Waqt il-granet ta' l-Olimpjadi, id-dirigenti tal-Kumitat Olimpiku kif ukoll is-Segretarju Parlamentari attendew ghal diversi laqghat ma' ghaqdiet tal-komunita`, fejn saru prezentazzjonijiet ufficjali kif ukoll rikonoxximent ghal din l-ghajnuna. Is-Sur Mugliett kellu laqghat ma' l-ghaqdiet La Vallette, Hamrun u Melita Eagles f'Sydney u l-Kunsilli tal-Komunitajiet Maltin f'Melbourne u Sydney. Waqt il-laqgha mal-Kunsill tal-Komunita' Maltija f'Sydney, il-Kunsill esprima l-preokkupazzjoni tieghu ghal htiega ta' aktar ghajnuna minn Malta ghall-iskejjel tal-Malti li qeghdin jorganizzaw. Dawn l-iskejjel diga` jircievu appogg mill-iStat ta' New South Wales, u bi ftit ghajnuna minn Malta dawn jistghu jsiru aktar vijabbli u jifirxu l-hidma taghhom aktar.
L-Olimpjadi huma wkoll okkazjoni fejn jiltaqghu l-Ministri responsabbli mill-iSport mid-dinja kollha. Nhar il-Hadd 17 ta' Settembru, is-Segretarju Parlamentari attenda ghall-laqgha w ikla organizzata mill-Ministru Federali tal-iSport u t-Turizmu, l-Onorevoli Jackie Kelly. F'din il-laqgha kienu prezenti mal-hamsin Ministru gejjin minn pajjizi zghar bhal Estonja, Lussemburgu, Andorra kif ukoll pajjizi akbar bhal Belorussja u Unjoni Ewropeja, li kienet rapprezentata mill-Kummissarju Mrs. Vivienne Redding. Meta s-Segretarju Parlamentari tkellem mal-Ministru Kelly, dina kellha kliem ta' tifhir ghall-komunita` Maltija f'Sydney li kienet taf sew ghax id-distrett li tikkontesta, Penrith, hemm jghixu gewwa fih numru konsiderevoli ta' Maltin.
Laqgha ohra li kellu s-Sur Mugliett kienet mal-Ministru Federali Edukazzjoni, Tahrig u Zghazagh, l-Onor. David Kemp. Din il-laqgha kienet organizzata sabiex taghti l-Ministri prezenti l-opportunita' li jkattru kuntatti bejn istituzzjonijiet edukattivi. Waqt din il-laqgha l-Perit Mugliett iltaqa' ma' diversi personalitajiet minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji fl-Awstralja.
Iz-zjara tal-KOM u s-Segretarju Parlamentari kellha ukoll l-intenzjoni li tesplora l-possibilita` li atleti Awstraljani li ghandhom genituri Maltin jkunu jistghu jippartecipaw f'kompetizzjonijiet bhal loghob tal-pajjiz z-zghar jew kompetizzjonijiet simili. Dan is-suggett tqajjem ukoll waqt laqgha li s-Segretarju Parlamentari kellu mal-Ministru tal-Edukazzjoni ta' New South Wales, l-Onor John Aquilina. Il-Ministru Aquilina u l-Perit Mugliett qablu li l-iSport jista' jkun forma gdida ta' kuntatt li jista jinholoq bejn iz-zewg komunitajiet ta' Maltin sabiex tinzamm hajja l-kultura Maltija fl-Awstralja. Il-Ministru Aquilina wieghed kull ghajnuna sabiex dan il-progett jkun jista jirnexxi.
Is-Segretarju Parlamentari ha l-opportunita` sabiex isegwi l-loghob mill-lat organizzattiv, partikolarment aspetti bhal protocol, marketing u sigurta`. Nhar it-Tlieta 19 ta' Settembru, l-Kumitat Olimpiku Malti organizza laqgha ghas-Segretarju Parlamentari u kontingent kollu fil-Villagg Olimpiku. Filwaqt li seta' jitkellem mill-qrib ma' l-atleti u l-coaches fuq l-esperjenzi taghhom, il-Perit Mugliett ittiehed izur l-akkomodazzjoni, ir-rifettorju, it-trasport u diversi facilitajiet ohra f'dan il-villagg. Waqt il-granet tal-loghob saru diversi laqghat informali mal-Kumitat Olimpiku Malti dwar kif tista' tkompli tmur 'il quddiem il-partecipazzjoni ta' l-atleti ewlenin f'kompetizzjonijiet internazzjonali.
Waqt iz-zjara tieghu f'Sydney, il-Perit Mugliett kellu ukoll laqgha ma' Maltin attivi fid-dinja tal-kummerc, kif ukoll kellu zewg intervisti fuq radjijiet tal-Komunita` f'Sydney u iehor f'Melbourne.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN