Left arrow Go Back

THE SPEAKER RECEIVES A COURTESY VISIT FROM THE AMBASSADOR FOR MALTA IN BELGIUM

PR1232
Date Icon 20/09/2000

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt qal li r-ra'unijiet li tat l-Oppożizzjoni għaliex ressqet mozzjoni fil-Parlament biex jitħassru t-tariffi 'odda tal-Qorti m'huma xejn għajr invenzjoni totali.

Kuntrarju għal dak li sostniet l-Oppożizzjoni, mhux minnu li ma kienx hemm konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Jidher li l-Oppożizzjoni lanqas biss taf li di'a ntlaħaq qbil kemm mal-Kamra tal-Avukati u kif ukoll mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali għal xi rtokki żgħar f'dawn it-tariffi li jolqtu xi atti partikolari, waqt li l-prinċipji li fuqhom huma msejsa dawn it-tariffi l-'odda mhux se jitbiddlu.

"Kieku l-Kelliem tal-Oppożizzjoni żamm ruħu infurmat b'dak li kien qed ji'ri, żgur kien jinduna li dak li kiteb mhux minnu. Nippretendi li Oppożizzjoni serja imssha tkun taf li llum hemm qbil sħiħ fuq dawn it-tariffi," kompla Dr. Gatt.

Il-Ministru sostna li daqstant ieħor qiegħda tivvinta l-Oppożizzjoni meta tgħid li kien hemm reazzjoni pubblika negattiva. Kif seta jkun hemm reazzjoni negattiva meta għall-ewwel darba kawżi li għandhom impatt soċjali qawwi – bħal separazzjonijiet u manteniment, kawżi dwar ħlas ta' pagi jew danni personali, kawżi kostituzzjonali, kawżi dwar terminazzjoni ta' impieg u oħrajn – se jħallsu biss Lm50, meta qabel kienu jħallsu mijiet!

"Kif jista jkun li jkun hemm reazzjoni negattiva meta kawżi sa Lm1,500 se jħallsu – wara li tgħaddi l-li'i fil-Parlament – Lm10 biss f're'istru meta qabel kienu jħallsu Lm52," żied Dr. Gatt.

Il-Ministru Gatt temm jgħid li kien ikun aħjar kieku l-Oppożizzjoni, flok iżżeffen lil korpi li jirrapreżentaw lil professjoni legali f'argumenti purament parti''jani, tħares ftit lura meta kienu fil-Gvern u tara f'liema abissi kienet tħalliet l-amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow