IL-PROBLEMA TA? L-ISKART U L-PROTESTA TAL-GREENPEACE
Il-Ministeru għall-Ambjent jiddeplora l-atte''jament negattiv ta' uffiċjali Maltin tal-Greenpeace li sistematikament qed jinqdew bil-barranin u b'finanzjament minn barra biex jagħmlu eżerċizzji ta' propaganda rħisa kif ippruvaw jagħmlu fil-Belt Valletta dalgħodu b'konnessjoni mal-problema ta' l-iskart f'pajjiżna.
Tant deher ovvju li l-protesta li għamlu kienet intiża biss bħala gimmick għal għanijiet ta' pubbliċit'�, li fl-istqarrija li ħar'u u li hi intiża wkoll biex tinbagħat barra minn Malta, tal-Greenpeace qalu li l-protesta saret waqt laqgħa tal-Kabinett meta fil-fatt il-lum ma saret l-ebda laqgħa tal-Kabinett. Dan jikkonferma li tal-Greenpeace huma aktar moħħhom fil-gimmicks milli fir-realt'�.
Tal-Greenpeace imisshom jafu li l-problema ta' l-iskart teżisti f'kull pajjiż ieħor, u jafu wkoll li m'hux faċli li tkun riżolta mil-lejl għan-nhar. Żgur li l-problema ma tirrisolvihiex bit-teatrini.
Tajjeb li jingħad li kienet din l-amministrazzjoni li bdiet tieħu inizjattivi bl-iskop li tibda tinstab soluzzjoni, l-ewwelnett billi għall-ewwel darba introduċiet f'pajjiżna fis-snin disgħin ir-riċikla'' ta' l-iskart organiku meta bniet l-impjant ta' Wied il-Għajn u issa ppubblikat dokument ta' konsultazzjoni li għandu jwassal biex, anki permezz ta' konsulenza teknika minn barra, titfassal u tibda tkun implimentata politika ta' l-immani''jar ta' l-iskart f'pajjiżna.
Tajjeb li jingħad ukoll li di''� l-Gvern ħa l-inkarigu li jibda jwettaq waħda mir-rakkomandazzjonijiet li saru fid-dokument li tħejja aktar kmieni din is-sena, ji'ifieri li barrieri li m'għadhomx jintużaw jibdew jintużaw għar-rimi ta' skart mill-industrija tal-bini.
Il-Gvern hu impenjat li jsolvi wkoll il-problema tal-miżbla tal-Magħtab, għaliex il-problema ta' l-iskart m'hix marbuta biss ma' din il-miżbla, u se jkompli jaħdem favur it-tnaqqis, l-użu mill-'did u r-riċikla'' ta' l-iskart. Madankollu kulħadd irid jifhem li dan kollu mhux se jwassal għal soluzzjoni sħiħa ta' din il-problema.
Bħala parti minn dawn l-isforzi x-xahar id-dieħel għandha tkun ippubblikata sejħa għal proposti dwar l-immani''jar ta' l-iskart f'pajjiża, fis-sens li dan isir minn kumpanniji speċjalizzati li min-naħa tagħhom ikunu jridu joffru s-soluzzjoni, inkluż dik għall-miżbla tal-Magħtab. Din is-sejħa se ssir fid-dawl tal-fatt li f'dawn l-aħħar xhur, mhux anqas minn 100 kumpannija, il-parti kbira minnhom barranin, issottomettew lill-Gvern pjani ta' kif jistgħu jsolvu din il-problema b'mod serju u nadif ghall-ambjent.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN