Left arrow Mur Lura

DISKUSSA L-PROBLEMA TA? TRAB ISWED

PR1223
Date Icon 19/09/2000

F'laqgħa li saret il-bieraħ filgħaxija bejn il-Ministru għall-Ambjent l-Onor. Francis Zammit Dimech, u Sindki u rappreżentanti minn 13-il Kunsill Lokali fin-Nofsinhar ta' Malta, kienet diskussa l-problema ta' trab iswed f'diversi lokalitajiet f'din il-parti ta' Malta.

Is-Sindki jew rappreżentanti oħra kienu mill-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, '�aż-Żabbar, il-Gudja, il-Birgu, Bormla, Sta Luċija, iż-Żejtun, '�al Tarxien, il-Fgura, Raħal Ġdid, ix-Xgħajra, '�al Għaxaq u l-Marsa.

Il-Ministru Zammit Dimech informa lil dawn ir-rappreżentanti li l-istudju li sar dwar din il-materja minn studenta universitarja, fejn tikkonkludi li s-sors ta' mnejn qed jori'ina dan it-trab iswed jista' jkun il-power station tal-Marsa, irċevieh u immedjatament għadda kopja tiegħu lill-ogħla uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta.

Hu żied li madankollu, xorta waħda l-Gvern ħass li għandu jibqa' għaddej bl-inkarigu li ta lil esperti Ingliżi li ħadmu internazzjonalment bl-aktar mod xjentifiku dwar din il-problema, kemm għaliex dan l-inkarigu ngħata qabel sar l-istudju mill-istudenta universitarja kif ukoll għaliex il-Gvern ried li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu studju xjentifiku bbażat fuq dak li jirriżulta mil-laboratorji li l-esperti għandhom barra minn Malta biex b'hekk il-Gvern ikollu l-konferma xjentifika tas-sors tal-problema.

Il-Ministru Zammit Dimech ikkonferma li r-rapport ta' dawn l-esperti Ingliżi se jkun f'idejn il-Gvern qabel tmiem dan ix-xahar u li dan ir-rapport se jsir pubbliku.

Żied li di''� talab lill-Enemalta biex titlob lill-istess esperti ħalli fl-aqsar żmien possibbli jindikaw il-passi li jridu jittieħdu. Hemm ukoll qbil li l-passi li hemm bżonn jittieħdu jridu jkunu indikati fi żmien sitt 'imgħat mill-aħħar ta' dan ix-xahar.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech tenna l-impenn tal-Gvern li fil-limiti ta' dak li jkun possibbli jieħu l-miżuri kollha meħtie'a biex joffri rimedju effettiv għal din il-problema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow