JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA' SETTEMBRU, 2000
FL-OKKAŻJONI TA' JUM L-INDIPENDENZA L-KUMITAT FESTI NAZZJONALI SE JORGANIZZA DAWN L-ATTIVITAJIET.
L-Erbgħa, 20 ta' Settembru, 2000
Tqegħid ta' Kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.
Il-kuruni jitqiegħdu f'din is-sekwenza
10.00 hrs Monument tal-Ex-Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja, Valletta
10.03 hrs Monument tal-Ex-Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta
10.05 hrs Monument tal-Ex-Prim Ministru Gerald Strickland
-Barrakka ta' Fuq, Valletta
10.08 hrs Monument tal-Ex-Prim Ministru Nerik Mizzi - Pjazza San Gwann, Valletta
10.15 hrs Monument tal-Ex-Prim Ministru Ugo Mifsud - Floriana
10.35 hrs Qabar tal-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
10.40 hrs Qabar tal-Ex Prim Ministru Francesco Buhagiar
- Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
Il-'�amis, 21 ta' Settembru, 2000
JUM L-INDIPENDENZA
Quddiesa Pontifikali u "Te Deum" fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann
09.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re tul Triq ir-Repubblika, Valletta.
09.45 hrs Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann
.../...
09.48 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 hrs Wasla tal-Prim Ministru
09.55 hrs Wasla ta' l-ET il-President ta' Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur.
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum
Tqegħid ta' Fjuri fuq il-Monument ta' l-Indipendenza, Floriana.
11.45 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja ta' l-Unur jimmarċjaw tul Triq Vicenzo Dimich, Floriana.
11.50 hrs Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument ta' l-Indipendenza
11.54 hrs Wasla tal-Kmandant ta' l-AFM
11.57 hrs Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru
12.00 hrs L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument.
Wara tindaqq Fanfara, jingħata salut ta' 21 Tir li ji'i segwit bid-daqq ta' l-Innu Nazzjonali.
Fi tmiem iċ-ċerimonja jsir March Past mill-Banda u l-Gwardja ta' l-Unur tal-Forzi Armati
Il-'�add, 24 ta' Settembru, 2000
20.00 hrs Kuncert Sinfoniku mill-Orkestra Nazzjonali fis-sit tat-Teatru Rjal, Valletta
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN