EZERCIZZJU BIEX IKUNU MAGHRUFA SETTURI DIFFERENTI TA' L-ARTIGJANAT, B'MOD PARTIKOLARI L-ARTIGJANAT LI JAGHMEL SEHEM MILL-WIRT STORIKU MALTI
Qiegħdha ssir ħidma mill-Uffiċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo flimkien ma' l-Small Business Unit (S.B.U.) sabiex f'Ottubru jkun possibli li jiltaqa' għall-ewwel darba l-Kunsill Malti għall-Arti'janat. L-għan tal-Kunsill huwa li jipprovdi għall-inkora''iment, promozzjoni u regolament ta' l-Arti'janat u l-Arti'jani, b'mod partikolari l-arti'janat li jagħmel sehem mill-wirt storiku ta' Malta.
Il-Kunsill ser ikun magħmul minn ħdax il-membru, sebgħa maħturin mill-Gvern u erbgħa eletti minn fost l-arti'jani u l-imprendituri. L-ewwel membri tal-Kunsill għandhom ikunu dawk innominati mill-Gvern. Sabiex ix-xogħol ta' dan il-Kunsill ikun aktar iffaċilitat, qiegħdha ssir ħidma biex ji'u identifikati setturi differenti ta' l-arti'janat. Il-ħsieb wara dan huwa biex la darba l-Kunsill jibda jaħdem ikollu statistika dwar kemm hemm setturi differenti ta' arti'janat u n-numru ta' dawk involuti f'kull settur.
Dan l-eżerċizzju għandu jwassal biex mal-lista tas-setturi di'a' magħrufa, jiżdiedu oħrajn li jikkumplimentaw u jistgħu jitqiesu bħala arti'janat u li għal xi ra'uni jew oħra s'issa għadhom mhux magħrufa. L-iskop ta' dan l-eżerċizzju hu li jikxef il-potenzjal ta' l-arti'janat f'pajjiżna u jgħin ukoll biex nifhmu aktar il-ħtie'a li dan il-qasam jingħatalu l-attenzjoni li tixraqlu.
'�al dan il-għan qiegħdha tkun ippubblikata l-lista ta' setturi differenti li s'issa l-Ministeru għandu informazzjoni dwarhom u għalhekk huma magħrufa. '�alhekk qegħdin nitolbu lil kull min huwa nteressat biex jikkomunika ma' l-S.B.U. u jagħti l-informazzjoni meħtie'a sabiex din il-lista tkun tirrifletti aħjar is-setturi differenti ta' l-arti'janat, anke dawk li sal-lum għadhom m'humiex magħrufa. Din il-ħidma ser twassal li meta jibda' jaħdem il-Kunsill, ikun hemm għarfien aħjar tas-setturi ta' l-artigjanat u l-ħidma tiegħu tista' tkun iffukata aħjar.
Ma huwiex l-iskop tal-li'i li teskludi xi settur ta' l-arti'janat. Id-definizzjoni tal-Li'i dwar l-arti'janat hi mill-aktar wiesa' u inklussiva. Arti'janat tfisser "arti, ħila jew sengħa li tinħadem minn persuna waħda jew iktar, fil-manifattura ta' artifatti u prodotti oħra li 'eneralment jeħtie'u fil-manifattura tagħhom iktar il-ħila tal-bniedem milli l-użu ta' xi makkinarju."
Kull għajnuna li tista' tingħata biex din il-lista issir dejjem aktar sħiħa tkun ferm apprezzata u ta' vanta'' għal dawk kollha involuti.
'�al aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja l-S.B.U. fl-Auberge D'Aragon, Pjazza Indipendenza, Valletta, Tel: 226688, Fax 223937, e-mail: sbu@magnet.mt
Lista Proviżorja ta' Setturi ta' Arti'janat mi'bura s'issa:
Setturi
Bakers Furnara
Confectioners Dulċiera
Wine Producers Produzzjoni ta' l-inbid
Cheeselet Producers Produzzjoni tal-'bejniet
Filigree Filugranu
Goldsmiths Xogħol tad-deheb
Silversmiths Xogħol tal-fidda
Fire works Logħob tan-nar
Lace Bizzilla
Metal Works Xogħol tal-ħadid
Pottery Fuħħar
Ceramics Ċeramika
Candles Xema
Cane Works Xogħol tal-Qasab
Leather Ġild
Smoking Pipes Pipi
Soft ToysSoft Toys
Stone Works Xogħol tal-'ebel
Wood Work Xogħol ta' l-injam
Ganutell Granutell
Embroidery Rakkmu
Flag Manufactures Manifatturi ta' Bnadar
Inlays Intarsjar
Maltese Clocks Arlo''i ta' Malta
Gilding Induratura
National Customs Kostumi Nazzjonali
Paintings/Water Colours Pittura
Honey Producers Produzzjoni ta' l-għasel
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN