EXPO 2000 HANNOVER - TLIET KWARTI TA' MILJUN DIGA' ZARU L-PADILJUN TA' MALTA
Kemm il-partecipazzjoni ta' Malta fl-EXPO 2000 qed tkun apprezzata minn dawk li zaru din l-esibizzjoni, jikkonfermah il-fatt illi sa issa hu ikkalkulat li zaru l-Padiljun ta' Malta total ta' madwar tliet kwarti ta' miljun vizitatur. Matul il-gurnata tas-Sibt, 9 ta' Settembru, zaru l-Padiljun Malti total rekord ta' 18,995 vizitatur.
Din il-gimgha, fil-Padiljun ta' Malta qed issir l-Malta Week, il-gimgha ddedikata lill-Jum Malta. Il-qofol tal-Malta Week jintlahaq nhar is-Sibt, 16 ta' Settembru, meta issir ic-Cerimonja Ufficjali f'Gieh lil Jum Malta. Bhala parti minn din ic-cerimonja ser jinghata kuncert bil-partecipazzzjoni tas-sopran Maltija ta' fama internazzjonali, Miriam Gauci. L-attivitajiet kollha fil-Malta Week qed ikunu organizzati principalment bil-ghajnuna tal-linja ta' l-ajru nazzjonali, Air Malta.
L-EXPO 2000 f'Hannover, il-Germanja, qed issir wara kwazi 150 sena minn meta saret il-Great Exhibition ta' Londra, fl-1851. Minn dak iz-zmien 61 espozizzjoni ta' din ix-xorta saru fi 13-il pajjiz differenti; l-ahhar wahda saret f'Lisbona, il-Portugal, fl-1998.
L-EXPO 2000 f'Hannover, kienet inawgurata fl-1 ta' Gunju li ghadda u ser tibqa' miftuha sal-31 ta' Ottubru, 2000. It-tema ewlenija ta' l-EXPO 2000 hi "L-Umanita' - In-Natura - It-Teknologija".
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN