PROGETT GDID FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL
Waqt konferenza tal-ahbarijiet li saret gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici ta aktar taghrif dwar il-progress fix-xoghol li qed isir fil-progett imsejjah Progett tal-Millenju gewwa SVPR, il-Wards 19/20 tan-nisa.
Dan il-progett jikkonsisti f'bini ta' tlett sulari u se jkollu 120 sodda. Din hija zieda ta 80 sodda. Gewwa San Vincenz hawn aktar minn 1000 resident, ghalhekk post ta kobor bhal dan jirrikjedi xoghol ta' modernizzar u manutenzzjoni li ma tieqaf qatt. Huwa l-iskop tal-Gvern prezenti li jkompli jwettaq progetti ta' titjib f'din ir-residenza li minnhom igawdu l-istess anzjani ghal titjib fil-kwalita' ta' hajja ahjar.
Is-Segretarju Parlamentari sostna li mill-bidu ta' din is-sena saru revizjonijiet fil-kontribuzzjoni tar-residenti ghall-fond tal-kumitat tal-Welfare biex issa dawn huma l-istess bhal dak li jhallsu l-anzjani fid-djar residenzjali tal-Gvern. Iz-zieda f'dawn il-kontribuzzjonijiet qed terga' tkun investita fi progetti bhal dan. Ghalhekk, dan il-progett gdid huwa kollu mhallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni li jircievi il-kumitat tal-welfare.
Dan il-blokk qed jerga' jinbena fejn qabel kien hemm is-swali 19/20 tan-nisa, li kienu garrbu anke hsarat matul il-gwerra u parti biss minnhom kienet regghet inbniet. Issa l-bini l-antik twaqqa' kollu u qed jerga' jinbena fuq 3 sulari u se jinkludi il-facilitajiet kollha li wiehed jistenna f'post modern. Ix-xoghol ta' twaqqiegh beda f'Awissu 1999 u wara beda x-xoghol ta' kostruzzjoni.
Ir-Residenza San Vincenz de Paul ilha mibnija aktar minn 100 sena, u l-aspett arkitettoniku ma setax jigi njorat. Ghalhekk, il-Perit Frankie Muscat li hu l-perit inkarigat minn dan il-progett, filwaqt li ha hsieb il-bzonnijiet moderni, ma setax jinjora l-ambjent arkitettoniku u l-istorja ta' din ir-Residenza. Kien ghalhekk li fit-terran t'isfel fil-faccata li thares lejn il-bitha, thallew l-istess twieqi bl-arkati kbar, u fiz-zewg sulari ta' fuq thallew twieqi kwadri. Biex tibqa' tinzamm l-istess simetrija tal-bini, anke l-gholi tas-swali baqghu l-istess. Huwa ikkalkolat li dan il-progett se jigi jiswa aktar minn Lm 1.5 miljun.
Fost il-facilitajiet moderni f'dan il-blokk se jkun hemm tliet lifts separati. F'kull sular se jkun hemm 40 resident kif ukoll facilitajiet ghal Nursing Officer, reception desk, male staff room bit-toilet u female staff room bit-toilet, u fireescapes.
Il-Blokk kollu jinkludu:- 30 kmamar tas-sodda (4 sodod-il wahda) - 120 sodda
30 Kamra tal-banju (10 kull sular)
30 Kmamar tal-pranzu ( 2 kull sular)
6 Kmamar ghal-mistrieh (2 kull sular)
3 Pantries (1 kull sular)
3 Treatment rooms ( 1 kull sular)
Arja kundizzjonata kullimkien.
Xi haga gdida f'dan il-blokk hija l-forma ta' parapetti f'kull sular fejn l-anzjani jieklu u fejn jiltaqghu mal-familjari taghhom, jew visitaturi ohra. Huma se jkunu jistghu wkoll jaraw dak li jkun qed jigri fuq barra tal-blokk biex b'hekk ma jhossuhomx maqtughin mill-bqija tal-hajja ta' madwarhom.
Dr. Antoine Mifsud Bonnici kompla jghid li dan il-progett juri l-impenn tal-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalita' tal-hajja tal-anzjani.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN