Left arrow Mur Lura

DUR DAWRA MA DARHREK' KAMPANJA TA' INFORMAZZJONI DWAR SAHHA U SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGHOL

PR1186
Date Icon 06/09/2000

Kampanja Nazzjonali favur gharfien ahjar tas-Sahha u s-Sigurta fuq il-post tax-Xoghol giet imnedija llum mill-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi waqt Konferenza tal-Ahbarijiet li saret fil-fabbrika Brandstatter gewwa Bulebel.

Il-Kampanja li qed tigi organizzata mill-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Malta-EU Information Centre hija parti minn kampanja Ewropea li tnediet aktar kmieni din is-sena mill-Agenzija ghas-Sahha u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol tal-Unjoni Ewropea. Madwar l-Ewropa kollha ghalhekk, fix-xahar ta' Ottubru, kull pajjiz membru jew applikant gie mistieden sabiex jorganizza gimgha ta' attivitajiet sabiex jippromwovi prattici tajbin ta' xoghol sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' mard, ugiegh jew problemi ta' sahha. F'Malta din il-gimgha ser issir bejn id-9 u l-15 ta' Ottubru.

Din il-gimgha ghandha l-appogg wkoll ta' organizzazzjonijiet ta' min ihaddem u unions ta' haddiema madwar l-Ewropa. Kemm l-ILO u l-ETUC fil fatt hejjew programmi dettaljati ta' inizjattivi fuq bazi nazzjonali. It-tema ta' din il-kampanja tirrigwarda dak li jissejjah Musculo-Skeletal Disorders (MSD). Dawn jinkludu kundizzjonijiet b'firxa wiesa' ta' problemi ta' sahha primarjament ugiegh fid-dahar, u ugiegh ikkawzat minn xoghol ripettittiv li jinvolvi t-thaddim ta' l-idejn u r-riglejn.

Il-Ministru Gonzi habbar li ser jittiehdu numru ta' inizjattivi kemm mill-Ministeru stess, kif wkoll inizjattivi flimkien mas-siehba socjali u korpi kostitwiti. Dan huma l-inizjattivi li ser jittiehdu:

Produzzjoni ta' leaflet informattiv u poster li f'dawn il-jiem qed jigu impustati lil kull persuna li jhaddem u lill-Unions kollha. Din ifisser 35,000 persuna ser jigu mgharrfa bir-riskji relatati ma' prattici ta' xoghol hziena;

Kampjana bill-billboards imxerrda mal-pajjiz li ser iddum tlett gimghat u li hija mtella' flimkien mal-MIC, mal-BICC, mal-UHM, u l-GWU.

Serje ta' tlett spots televisivi li juri b'mod l-aktar car kif ghandu jsir l-irfiegh ta' oggetti tqal, iehor dwar kif ghandu jsir xoghol manwali ripetittiv u iehor dwar xoghol li jirrikjedi hinijiet twal bil-qieghda;

Tnieda studju li ser jevalwa u janalizza l-frekwenza ta' problemi relatati mal-MSD fl-industrija tal-kostruzzjoni;

Seminar ta' gurnata li ser igib flimkien il-Gvern u s-Settur Privat f'diskussjoni u presentazzjoni ta' programmi li jharsu sahhet il-haddiema fuq il-post tax-xoghol;

Matul din il-gimgha ser jigu ppublikati wkoll regolamenti godda dwar l-usu tal-VDU, jigifieri regolamenti li jipprotegu lil dawk kollha li jahdmu fit-tul quddiem kompjuter jew screen. Dawn is-sett ta' regolamenti li jirriflettu l-ispirtu kollu tad-direttivi tal-Unjoni Ewropeja f'dan ir-rigward ser jidhlu fis-sehh fl-1 ta' Lulju tas-sena 2001

Il-messagg tal-Ministeru huwa sabiex kull min ihaddem, kif wkoll is-siehba socjali jinghaqdu u jissiehbu f'din il-kampanja ta' gimgha billi jiehdu inizjattivi favur l-eliminazzjoni tar-riskji relatati mal-MSD, kif wkoll inizjattivi ohrajn li jharsu s-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol b'mod in generali.

Il-Ministeru f'dan is-sens, minbarra li ser jiehu l-inizjattiva huwa stess ser iservi ta' ko-ordinatur ta' l-inizjattivi kollha u jippubblika programm shih ta' attivitajiet li jkunu ser isiru f'din il-gimgha.

Ghal dan il-ghan ghalhekk, dawk kollha li jixtiequ jissiehbu f'din l-inizjattiva ghandom jikkuntattjaw lil-Ministeru skond kif hemm miktub fil-leaflet informattiv. Aktar informazzjoni tista tingieb wkoll minn fuq web-site mwaqqfa apposta ghal din il-gimgha li tista tinstab fuq:http://www.msp.magnet.mt/ohs2000.

Dur Dawra Ma Dahrek hija kampanja li tixtieq iggib flimkien lil kull min hu responsabbli sabiex jhares sahhet il-haddiem fuq il-post tax-xoghol tenna il-Ministru Gonzi. Huwa qal li minn studji ricenti jidher bic-car li nuqqas ta' sahha u sigurta fuq il-post tax-xoghol jistghu joholqu pizijiet finanzjarji kbar, kemm fuq il-Gvern kif wkoll fuq l-Indistrija.Statistika nazzjonali tindika li l-prezz ta' incidenti relatati jew ikkawzati fuq il-post tax-xoghol huwa stmat li jammonta ghal madwar Lm28 miljun lira fis-sena.

Huwa sahaq l-importanza tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol u qal li din hija fattur ewlieni li jista' jnaqqas il-produttivita' tal-haddiem filwaqt li johloq danni kbar lil-industrija ghaliex jaghmel hsara kbira lir-reputazzjoni ta' intraprizi, anki dawk zghar u medji, u ghalhekk hemm bzonn li kulhadd jiehu r-responsabbilta' sabiex nizviluppaw ambjent aktar b'sahhtu sabiex intejbu l-kwalita' tal-hajja tal-haddiem filwaqt li nkomplu nghinu sabiex l-ekonomija tkun aktar b'sahhitha. 

Aktar informazzjoni jew materjal ta' promozzjoni tista' tingieb mill-Ufficcju tal-Komunikazzjoni fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali. Dawk kollha li jixtiequ jinkludu l-inizjattivi taghhom f'din il-kampanja ghandhom jgharrfu lil Ministeru ghall-Politika Socjali sa mhux aktar tard mill-Gimgha, 29 ta' Settembru 2000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow