Left arrow Go Back

RIZOLUZZJONI FIL-PARLAMENTDWAR IS-SHUBIJA TA'MALTA FL-AGENZIJA EWROPEA GHALL-AMBJENT

PR1184
Date Icon 06/09/2000

Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech illum ipprezenta rizoluzzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati biex il-Parlament jirratifika l-ftehim bejn il-Komunit'� Ewropea u Malta dwar il-partecipazzjoni ta' Malta fl-Agenzija Ewropea ghall-Ambjent u n-Network Ewropew ghall-Informazzjoni u Osservazzjoni.

Dan il-ftehim kien inizjalat fl-10 ta' Lulju 2000 u qieghed jitressaq ghar-ratifika tal-Parlament skond is-Subartikli (1) (c) u (2) (b) ta' l-Artiklu 3 ta' Kapitlu 304 tal-Ligijiet ta' Malta dwar ir-Ratifikazzjoni ta' Trattati.

Bir-ratifika ta' dan il-ftehim, Malta tkun ma' l-ewwel grupp ta' pajjizi kandidati ghal shubija fl-Unjoni Ewropea li tissieheb fl-Agenzija Ewropea ghall-Ambjent fis-sena 2001.

Dan l-istess ftehim kien mghoddi mill-Kummissjoni Ewropea lill-Presidenza Franciza biex din tghaddih lill-Kunsill dwar l-Affarijiet generali ghall-approvazzjoni.

Hu ippjanat li l-ftehim ma' Malta flimkien ma' dawk ta' pajjizi ohra applikanti, ikunu approvati mill-Kunsill ghall-Affarijiet generali qabel l-ahhar ta' din is-sena biex l-ewwel grupp ta' pajjizi jkunu jistghu jissiehbu fl-Agenzija Ewropea ghall-Ambjent fis-sena 2001.

Ta' min jghid li l-Kummissjoni Ewropea laqghet it-talba tal-Gvern Malti, li saret permezz tal-Ministeru ghall-Ambjent, biex jizdied l-ilsien Malti mal-lingwi li tuza l-Agenzija Ewropea ghall-Ambjent.

Ir-rizoluzzjoni kif ipprezentata hi din:-

Rizoluzzjoni mressqa mill-Ministru ghall-Ambjent

Il-Kamra tad-Deputati

Wara li fl-10 ta' Lulju 2000 Malta inizjalat il-ftehim bejn il-Komunit'� Ewropea u r-Repubblika ta' Malta dwar il-partecipazzjoni tar-Repubblika ta' Malta fl-Agenzija Ewropea ghall-Ambjent u n-Network Ewropew ghall-Informazzjoni u Osservazzjoni li jinsab imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra;

Wara li rat li bir-ratifika ta' dan il-ftehim Malta tkun ma' l-ewwel grupp ta' pajjizi kandidati ghall-Unjoni Ewropea li tissieheb fl-Agenzija fis-sena 2001;

Wara li rat is-Subartikli (1) (c) u (2) (b) ta' l-Artiklu 3 ta' Kapitlu 304 tal-Ligijiet ta' Malta;

Tirrizolvi billi tghaddi ghar-ratifika tal-Ftehim bejn il-Komunit'� Ewropea u r-Repubblika ta' Malta dwar il-partecipazzjoni tar-Repubblika ta' Malta fl-Agenzija Ewropea ghall-Ambjent u n-NetworkEwropew ghall-Informazzjoni u Osservazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow