IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX TINAWGURA WIRJA KOLLETTIVA MILL-ADULT TRAINING CENTRES TA' GHAJNSIELEM U FLEUR DE LYS
L-Adult Training Centre ta' Għajnsielem, Għawdex flimkien ma' dak ta' Fleur De Lys organizzaw wirja ta' arti fis-sala tal-Wirjiet fil-Ministeru għal Għawdex, li nfetħet nhar it-Tnejn 4 ta' Settembru mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
Able Art hija wirja kollettiva ta' o''etti ta' fuħħar, ċeramika, bizzilla u oħrajn ilkoll maħduma minn persuni b'diżabilita` li jiffrekwentaw iċ-ċentri ta' taħri' għall-adulti, ta' Għajnsielem u Fleur de Lys. Numru sostanzjali mill-biċċiet esibiti huma ta' valur artistiku għoli.
Wirja ta' dan it-tip turi biss ftit mill-attivita' organizzata minn ċentri bħal dawn. L-Adult Training Centre ta' Għajnsielem għandu programm edukattiv intensiv li jvarja minn lifeskills sa sessjonijiet ta' terapija. Dawn jinkludu fost l-oħrajn CommunicationsSkills, Interaction Skills, Gardening, korsijiet ta' tisjir, kif ukoll Crafts.
Il-ħsieb ewlieni wara dan il-programm varjat huwa sabiex jgħin lil persuni b'diżabilita` jakkwistaw iktar indipendenza billi jitgħallmu kif i'ibu ruħhom u jikkoperaw ma' oħrajn. Il-korsijiet varjati tas-snajja', bħall-bizzilla, latch hook u oħrajn, minbarra li jiżviluppaw il-potenzjal u l-kapaċitajiet tal-individwu, iservu wkoll bħala mezz ta' terapija. Dan għaliex il-persuni b'diżabilita` jitgħallmu iktar jikkonċentraw il-ħsibijiet tagħhom kif ukoll jikkontrollaw is-sensi tagħhom.
F'diskors ta' l-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex stqarret l-importanza ta' integrazzjoni ta' persuni b'diżabilita` fis-soċjeta`, ċertament skop ewlieni ta' l-Adult Training Centres illi huma mpenjati bis-sħiħ sabiex jinvolvu u jedukaw lil persuni b'diżabilita` f'pajjiżna. Hija rringrazzjat lill-ħaddiema kollha ta' ċentri simili, b'mod speċjali lil dawk taċ-Ċentru f'Għajnsielem, għad-dedikazzjoni kontinwa li biha jwettqu ħidmiethom. Tenniet ukoll li din il-Wirja, bil-livell artistiku għoli tagħha għandha tgħin biex tkompli titkisser l-idea falza li persuni b'diżabilita` ma għandhom ebda kontribut x'joffru lis-soċjeta` li jgħixu fiha.
Able Art ser tkun miftuħa kuljum bejn it-Tnejn 4 u l-'�amis 7 ta' Settembru 2000, bejn it-8.30am u n-12.30pm.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN