Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET FEJN GIET IMNEDIJA L-GHAQDA TRANSPLANTS SUPPORT GROUP

PR1169
Date Icon 05/09/2000

Mill-1983 'l hawn f'Malta saru 116-il trapjant ta' kliewi u fl-ahhar erba' snin saru 5 trapjanti tal-qalb.

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha giet imnedija l-ghaqda Transplants Support Group li l-ghan taghha huwa li tassisti lil dawk li qed jistennew donazzjoni ta' organi kif ukoll lil dawk li dig'� sarilhom trapjant.

Il-Ministru Deguara qal li l-ewwel trapjant tal-kliewi b'success kien sar f'Boston l-Amerika fl-1954, 29 sena wara sar l-ewwel trapjant f'pajjizna minn donatur li kien ghadu haj. Wara bdew isiru wkoll trapjanti ta' dan l-organu minn donaturi li jkunu tilfu hajjithom. Mill-116-il trapjant li saru f'pajjizna, 91 saru minn donaturi mejta waqt li l-ohrajn saru minn qraba tal-pazjenti stess. Sa l-1994 dawn it-trapjanti kienu jsiru minn tim barrani, izda fl-ahhar sitt snin dawn bdew isiru minn tim Malti.

Trapjant iehor li jsir f'pajjizna, qal il-Ministru tas-Sahha, huwa dak tal-cornea ta' l-ghajn. Hu kompla jghid li dan it-trapjant isir fuq bazi aktar regolari minhabba li d-donaturi tal-cornea huma aktar frekwenti u m'hemmx bzonn li d-donatur imut l-isptar biex tkun tista' ssir id-donazzjoni.

Minkejja l-izviluppi fil-medicina u l-avvanz fis-servizzi tas-sahha f'pajjizna, it-trapjanti jibqghu dejjem suggetti ghall-fatt jekk ikunx hemm donaturi jew le. Kien ghalhekk li fl-1996, id-Divizjoni tas-Sahha flimkien mal-Lions Club u l-Media Centre bdew kampanja intensiva biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-htiega tad-donazzjoni ta' l-organi. Inbeda wkoll Registru Nazzjonali tad-donaturi, fejn wiehed jista' jinkiteb u jesprimi x-xewqa tieghu li jkun donatur wara mewtu. Madankollu xorta d-decizjoni finali jekk id-donazzjoni issirx tibqa' f'idejn il-qraba tal-mejjet. Hu ghalhekk li min f'mewtu jkun irid jaghmel dan il-gest, li permezz tieghu jaghti l-hajja lil haddiehor, jesprimi din ix-xewqa mal-qraba tieghu.

Bhalissa, habbar Louis Deguara, f'Malta hawn madwar 40 persuna jistennew donazzjoni ta' cornea, 80 jistennew trapjant tal-kliewi u zewg persuni ohra jistennew qalb. Filwaqt li dawk li qed jistennew cornea u kilwa jistghu jghixu minghajr donazzjoni immedjata, minhabba zviluppi fil-medicina, min-naha l-ohra dawk li qed jistennew qalb ma jistghux jistennew ghax jista' jkun tard wisq.

Il-Ministru Deguara fahhar l-inizjattiva biex tkun iffurmata l-ghaqda Transplant SupportGroup u qal li minkejja li dawk li jiffurmaw din l-ghaqda diga` ibbenefikaw minn trapjant, b'generozit'� xtaqu li mhux huma biss jghixu hajja ahjar imma jaghmlu dan possibbli wkoll lil dawk li qed jistennew donazzjoni kif ukoll lil dawk li jkunu ghadhom kif ircevew organu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow