ZEWG FIZZJALI MALTIN F'TITJIRA SPECJALI LEJN L-AWSTRALJA B'RIZQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet indirizzata mill-President Prof Guido de Marco, inghataw dettalji dwar titjira minn Malta lejn l-Awstralja li se ssir minn zewg fizzjali fil-Forzi Armati ta' Malta. Il-Kaptan Alex Dalli u l-Kaptan Mark Said se jtajjru zewg ajruplani tat-tip microlight mill-Ingilterra sa l-Awstralja b'rizq il-Malta Community Chest Fund. Din it-titjira qed tinghata l-isem "Spirit of St. Paul" u qed issir bil-hsieb li tistabbilixxi rekord gdid.
Fl-ghoxrin ta' Settembru li gej, il-Kaptan Alex Dalli u l-Kaptan Mark Said se jibdew titjira ta' 35 jum lejn l-Awstralja. Dawn iz-zewg fizzjali se jittajjru minn fuq sbatax-il pajjiz, fosthom l-Iran, l-Indja, l-Bangladex ir-republika tal-Myanmar, u l-Indonezja. B'kollox huma se jkunu ttajjru aktar minn 11,000 mil. L-ajruplani li se jkunu qed itajjru l-fizzjali Maltin issellfu lilhom mill-imprenditur internazzjonali Sir Richard Branson. Xi zmien ilu Sir Richard Branson kien fi hsiebu li jdur id-dinja f'dawn iz-zewg ajruplani izda dan il-pjan qatt ma sehh.
Il-flus ghal dan l-avveniment qed jingabru minn fost il-Maltin fl-Awstralja u l-Awstraljani stess. Il-Kummissarju Gholi Malti fl-Awstralja, s-sur Ives DeBarro qed jikkoordina il-hidma ta' gbir ta' flus f'kontijiet miftuha apposta fil-banek fl-Awstralja b'rizq il-Community Chest Fund. Din it-titjira se tkun segwita mit-televizjoni f'diversi pajjizi permezz tas-satellita.
Il-Kaptan Dalli u l-Kaptan Said sabu l-appogg ta' diversi sponsors kemm lokali bhall-Airmalta, il-Medavia u l-Awtorita dwar it-Turizmu kif ukoll internazzjonali bhal www.travel u ohrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN