Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO RIGWARD ARTIKLI DWAR L-INTRAPRIZI ZGHAR

PR1157
Date Icon 01/09/2000

B'riferenza għall-artikli li dehru fis-suppliment tal-gazetta "The Times" tal-Hamis, 31 ta' Awissu 2000, intitolati "Government urged to make life easier for small businesses u The European Charter for small enterprises," is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo jixtieq jikkummenta kif 'ej:

Il-European Charter for Small Enterprises jindika l-impenn kollettiv li Gvernijet Ewropej għandhom favur ħidma li għandha tgħin lin-negozjant iż-żgħir u dak self-employed jirnexxi f'ekonomija fejn il-kompetizzjoni, li llum hija l-forza tas-suq, hija inevitabbli.

'�alina f'Malta dan id-dokument għandu jqanqal il-ħidma tal-Gvern kif ukoll ta' kull min qiegħed fid-dmir li joffri servizz lis-settur kummerċjali, lejn aktar effiċjenza. Ma nistgħux nittolleraw servizz ineffiċjenti lis-settur kummerċjali. Min għandu d-dmir li joffri servizz lis-settur kummerċjali u dan mhux qiegħed ikun effiċjenti, mhux biss qiegħed jipperikola l-iżvilupp tan-negozju partikolari li jkun qiegħed jinqeda iżda qiegħed jonqos kontra l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.

Il-Gvern huwa mpenjat li jara lin-negozjant ikun moqdi b'servizz effiċjenti u għal dan il-għan waqqaf l-Small Business Unit. Il-ħsieb hu li dan l-uffiċċju ji'bor informazzjoni mis-settur li għandha tidentifika fejn tezisti l-ineffiċjenza u tara li kull dipartiment u korporazzjoni jtejjeb il-livell t'effiċjenza fis-servizz lejn is-settur kummerċjali.

Il-European Charter for Small Enterprises huwa ghaldaqstant dokument li għandu jgħin lil kull min qiegħed fl-obbligu li joffri servizz lis-settur kummerċjali, li jagħraf l-ħtie'a u s-siwi ta' servizz effiċjenti fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.

'�al dan il-għan, dan id-dokument kien imqassam lill-għaqdiet tan-negozju u l-korpi kostitwiti mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, fejn 'ew mitluba biex jaraw dan id-dokument u jitkellmu dwaru.

L-appell tal-G..R.T.U. kien proprju twe'iba f'waqtha għal dan l-appell li għandu jkun apprezzat kif ukoll iservi ta' eżempju biex għaqdiet u korpi kostitwiti oħra jitkellmu dwar il-ħtie'a li dan il-European Charter ikun ukoll implimentat f'pajjiżna.

Kif tenna s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo fid-diversi okkażjonijiet ohra, il-kisba ta' l-impenn għall-servizz effiċjenti għas-settur kummerċjali ma tistax tkun biss impenn tal-Gvern iżda riżultat ta' bidla ta' mentalita' li tinvolvi lil kull min għandu d-dover li jkun ta' servizz.

'�al dan il-għan is-Segretarju Parlametari jixtieq jiehu din l-okkażjoni li filwaqt li jifrah lill-G.R.T.U. għall-inizjattiva li ħadu li jisħqu fuq l-importanza tal-European Charter for Small Enterprises, itenni l-appell tiegħu lill- għaqdiet ohra biex dawn jitkellmu wkoll dwar il-ħtie'a li dan ic-Charter ikun ta' gwida għal kull min qiegħed joffri servizz lis-settur kummerċjali.

Flimkien nistgħu nħaffu l-pass lejn kisba ta' servizz li jixraq lejn min qiegħed fin-negozju u għaldaqstant qiegħed joffri l-kontribut tiegħu għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.

DOI 01.9.2000

7 ta' Awissu 2000

Ghaziz Sur Segretarju,

Qiegħed nibgħatlek kopja ta' ‘dokument' magħruf bħala l-"European Charter for Small Enterprises" biex il-quddiem ikollna l-opportunita' li niddiskutuh flimkien.

Dan id-dokument 'ie approvat fil-Kunsill ta' l-Ewropa li sar fid-19 u l-20 ta' Ġunju li għadda fil-Portugal u jixhed l-impenn tal-Gvernijiet Ewropej li jikkonfermaw l-importanza tan-negozi ż-żgħar fl-Ekonomija Ewropeja u l-opportunitajiet ta' ħolqien ta' mpjiegi 'odda li j'ib miegħu l-espansjoni tas-settur tan-negozji żgħar.

Nixtieq li jkollna l-okkażjoni niltaqgħu u niddiskutu dan id-dokument biex flimkien ma' għaqdiet oħra nkomplu nrawwmu f'pajjiżna dan l-ispirtu ta' stima lejn min huwa fin-negozju.

Jiena nemmen li ħadd ma huwa lest li jemmen fina, fis-settur kummerċjali, kemm il-darba aħna stess ma nemmnux fl-abbiltajiet tagħna, u nuru li aħna nemmnu fl-organizazzjoni tan-negozju tagħna. '�aldaqstant hawn meħtie' li naħdmu flimkien biex infasslu f'dan il-pajjiz il-bidla tal-mentalita' li neħtie'u li naraw.

Dan id-dokument jixhed li wasalna fi żmien fejn in- negozji żgħar qegħdin jingħataw għarfien li f'pajjizna nemmen li kien nieqes. '�afna minnkom li ilkom taħdmu għal dan ir-rikonoxximent, ser issibu lilkom infuskom f'pozizzjoni vantaggjuza għax servizzi effiċjenti li maż-żmien tlabtu minn Gvernijiet rispettivi, issa huwa l-impenn ta' dan id-dokument.

Perswaz li taraw il-ħtiega li f'dan il-pajjiz ikollna il-viżjoni li joffri dan id-dokument. Jien naqbel li f'dan iż-żmien ta' bidla, dan jagħmel sens għax jagħtina lilna lkoll li qegħdin naħdmu biex is-settur tan-negozju jkun aħjar, l-għajnuna li għandna bżonn biex ħidmietna tkun magħrufa aktar.

'�alhekk nitlobkom li taraw dan id-dokument u tibdew titkellmu dwaru. Perswaz li din hija t-triq li neħtie'u u t-triq li dan il-pajjiz għandu jieħu.

Inselli għalik

Edwin Vassallo

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow