Left arrow Go Back

IT-TIENI SENA TA' ĦIDMA TAL-GVERN: FL-INTERESS TIEGĦEK

PR1155
Date Icon 01/09/2000

Direzzjoni

Il-pajjiż illum jaf fejn sejjer u l-Gvern kompla jagħtih direzzjoni ċara.

Fetħu n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Frar li għadda. S'issa Malta diġa' għalqet 7 kapitli u dalwaqt jiftħu oħrajn. Malta qiegħda l-ewwel fost il-grupp li fetaħ in-negozjati fi Frar.

Fiduċja

Il-pajjiż illum għandu fiduċja fih innifsu.

Flok qtigħ il-qalb dwar l-iżbilanċ, il-Gvern qed irażżan b'suċċcess din l-ikbar problema li għandu quddiemu l-pajjiż. Minn 150 miljun Lira fl-1998, l-iżbilanċ niżel għal 124 is-sena l-oħra u mbassar li jinżel għal 109 miljuni din is-sena.

L-investiment qed jerġa' jikber. L-investiment fil-manifattura fl-1999 żdied b'40%. Il-Maltin ukoll qed jinvestu iktar fil-banek u f'titoli b'opportunitajiet ikbar għall-investiment li qed toffri l-Borża ta' Malta.

Ġid

Ir-riżultati tad-direzzjoni u f-fiduċja li re'a' kiseb il-pajjiż huma ċari fit-tkattir tax-xogħol u fil-ħolqien tal-ġid.

Fis-sena sa Lulju, dawk jaħdmu full time żdiedu b'3,077, dawk jaħdmu part time żdiedu bi 3,000, dawk jaħdmu għal rashom żdiedu b'758, dawk jaħdmu fil-ħwienet u ditti relatati żdiedu b'500, u dawk qiegħda naqsu b'1028.

Il-ġid kollu li joħloq il-pajjiż (gdp) fl-1999 żdied b'6.2% fuq l-1998. Il-produzzjoni industrijali żdiedet b'7.6%, l'importazzjoni kibret b'9.7%, l-esportazzjoni kibret bi 11.1%, il-qligħ mit-turiżmu żdied b'6.6%, it-turisti li żaru Malta żdiedu bi 2.7%, żdied ukoll it-turiżmu għal Għawdex, u l-inflazzjoni baqgħet f'livell imrażżan ta' inqas minn 3%.

Fl-interess tiegħek.

Il-Gvern qed jara li l-'id li jinħoloq jitqassam tajjeb

Qed jitwettaq il-ftehim kolettiv ma' l-impjegati tiegħu li din is-sena jissarraf f'żidiet u sistemi ġodda għal effiċjenza ikbar.

Daħal fis-servizz l-ewwel vapur minn tlieta għal 'Għawdex u iktar xogħol tal-Gvern qed isir f'Għawdex.

Tfassal u se jidħol fis-seħħ Kurrikulu Minimu Nazzjonali ġdid. Il-Gvern qed jara li tfal bi bżonnijiet speċjali kemm jista' jkun jitgħallmu fi skejjel normali.

'Għaddiet mill-Parlament il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita').

Il-budget għall-ġlieda kontra d-droga żdied bi 30%.

Żdied il-budget għall-promozzjoni tas-saħħa.

Ġie ffirmat il-kuntratt ma' Skanska għad-disinn u l-bini ta' l-Isptar il-ġdid filwaqt li żdied ir-rittmu tal-bini.

Tneħħiet it-taxxa fuq l-assikurazzjoni tas-saħħa.

Iktar għaqdiet sportivi ingħataw faċilitajiet f'idejhom u se jsiru żewġ kumplessi sportivi fil-Kottonera u fil-Karwija.

Tlestiet il-Liġi l-ġdida li twaqqaf Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fil-Post tax-Xogħol.

Twaqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-Welfare biex tħares bis-serjeta' lejn kif il-pajjiż jista' jkompli jsostni l-pensjonijiet u s-sistema tal-welfare.

Is-sajjieda se jibdew jingħataw kwota ta' diesel duty free.

Il-Gvern qed jara li jaqdik aħjar

Waqqaf Customer Care Units fil-Ministeri.

Tista' tinqeda f'iktar affarijiet mill-Kunsilli Lokali.

Numru ta' Dipartimenti ppublikaw charters biex il-pubbliku jkun jaf x'servizz għandu jistenna.

Il-Kunsill Lokali ingħataw iktar flus u responsabbiltajiet.

Tlesta tibdil fil-Liġi biex tinżabar il-burokrazija u d-dewmien bla bżonn fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

IL-Gvern qed jara li l-ekonomija Maltija tissaħħah ħalli tkun tista' tikkompeti iktar

Tneħħew levies li jxekklu l-opportunitajiet għall-ħolqien tal-'id. B'hekk kibret il-kompetizzjoni u roħsu ħafna prodotti fosthom dawk tal-karta, deterġenti u lbies.

Il-Gvern qed jilliberalizza s-settur tat-telekomunikazzjonijiet. Dan se jfisser opportunitajiet 'odda ta' investiment, impjiegi f'kumpaniji ġodda u dawk li jikbru, u servizz aħjar u orħos għall-pubbliku.

L-IPSE qed jgħin lin-negozji ż-żgħar jikbru u jbiegħu iktar kemm f'Malta kif ukoll barra.

Il-Gvern qed jara li l-ħaddiema Maltin ikunu mħarrġa għal teknoloġiji u snajja' ġodda. Waqqaf il-Kulleġġ għall-Arti, Xjenza u Teknolo'ija filwaqt li s-snajja' se jibdew ikunu mgħallma fl-iskejjel kollha.

Twaqqfet l-Awtorita' tat-Turiżmu li se tingħata 34 miljun Lira fuq l-erba' snin li ġejjin.

IL-Gvern daħħal sistama ta' refunds fuq l-oġġetti li t-turisti jixtru minn Malta.

Saret l-ewwel fażi ta' tisbiħ f'Tas-Sliema.

Bdew il-Pro'etti tal-Kottonera u ta' Manoel Island u l-Ponta ta' Tigne' u kien inawgurat iċ-Ċentru għall-Kreattivita' fil-Kavallier ta' San Ġakbu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow