STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-INTERN DWAR L-ISKEMA TA' L-ART AGRIKOLA
Qed issir referenza ghal certi ittri u kummenti li saru fil-gurnali li esprimew thassib li kull min ghandu raba tal-Gvern b'titolu ta' qbiela, se jkollu jerga' japplika mill-gdid taht l-iskema li hareg il-Gvern f'Awissu, li tirrigwarda l-Art Agrikola tal-Gvern.
Il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq jaghmilha cara li m'hu veru xejn li dawk il-persuni li jhallsu l-qbiela taghhom b'mod regolari u dawk li huma intitolati taht l-Att dwar it-Tigdid ta' Kiri ta' Raba, se jitkeccew ghas-semplici raguni li ma japplikawx taht l-iskema l-gdida. Ghall-bdiewa li jhallsu l-qbiela b'mod regolari, l-iskema l-gdida hija fuq bazi volontarja.
Mill-banda l-ohra, dawk li huma irregolari u qed jokkupaw l-art tal-Gvern minghajr titolu, inkluz dawk li skadielhom it-titolu jew akkwistaw il-qbiela minghajr ma kienu intitolati ghaliha u ma applikawx fiz-zmien preskritt, m'hux talli ma jiehdux il-vantaggi godda li qed joffri l-Gvern, talli se jigu zgumbrati.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN