Left arrow Mur Lura

BINI TA' WATER CULVERT FI TRIQ PRINCIPALI F'GHAWDEX

PR1145
Date Icon 30/08/2000

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu żaret il-post fejn bħalissa qiegħed jinbena water culvert fi triq prinċipali fil-Belt Victoria.

Il-problema ta' l-ilma tax-xita fi Triq Fortunato Mizzi, Victoria, ilha teżisti snin twal. Kull darba li tagħmel ħalba xita anke jekk zgħira, din it-triq timtela kollha għadajjar kbar b'inkonvenjent kbir għar-residenti u aktar u aktar għall-istudenti ta' l-iskejjel Sekondarji li bilfors ikollhom jgħaddu minn 'o l-ilma biex jaqsmu għall-iskola.

Kien għalhekk li l-Ministeru għal '�awdex ħa l-inizjattiva sabiex jirrimedja għal dan l-inkonvenjent. Ix-xogħlijiet involuti kienu jirrekjedu spejjeż kbar, kemm minħabba t-tul tat-trinka, kif ukoll minħabba l-bosta servizzi li għaddejjin minn taħt l-art, u li allura jirrendu x-xogħol aktar diffiċli. Minkejja dan kollu, il-Ministeru daħal għal dan il-pro'ett u ħare' l-offerti meħtie'a biex titħaffer u tinbena trinka għall-ilma, li minn ħdejn il-Villa Rundle twassal sal-Wied Ta' Żejta.

Barra minn hekk, fil-parti ta' fuq tal-water culvert ser tinbena parti oħra li ser isservi biex minnha jgħaddu s-servizzi li jkunu meħtie'a fil-futur, sabiex ji'u eliminati darba għal dejjem l-inkonvenjenzi ta' tħaffir ta' diversi trinek fl-istess triq.

L-ewwel fażi tax-xogħol, li tikkonsisti fil-parti li mill-Wied twassal sal-crossroads, bdiet il-'�amis, 24 t'Awwissu u mistennija titlesta fi żmien ħames 'imgħat. It-tieni fażi tal-pro'ett, hu maħsub li titkompla lejn ix-xhur ta' Ottubru/Novembru meta t-traffiku tas-sajf ikun batta. B'hekk jitnaqqas l-inkonvenjent ta' meta ikun hemm bżonn li din it-triq, li hija arterja principali, tingħalaq għat-traffiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow