IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX THABBAR IKTAR INIZJATTIVI GĦAT-TURIŻMU F?GĦAWDEX
IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX THABBAR IKTAR INIZJATTIVI G'�AT-TURIŻMU F'G'�AWDEX
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu inawgurat il-launching uffiċċjali ta' ktieb ta' gwida għal Għawdex, bl-isem ta' "Gozo – Island of Myths and Miracles" Gozo Guide, fil-lukanda Im'arr, f'Għawdex.
Fuq inizjattiva tal-Gozo Tourism Association fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, 'iet mi'bura l-informazzjoni ppubblikata bil-għan li Għawdex ikun iktar aċċessibbli għal dawk li jagħżlu jqattgħu l-jiem ta' btala hawnhekk.
Dan il-ktieb ta' gwida ser iservi sabiex Għawdex ji'i rreklamat bħala destinazzjoni turistika għaliha, għan prinċipali ta' l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu kif ukoll tal-Ministeru għal Għawdex, kif elenkat fil-Programm Elettorali. Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, waqt iċ-ċerimonja ta' l-inawgurazzjoni. Hija tenniet ukoll li "Għawdex żgur li jibbenefika jekk permezz ta' l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu l-kumpaniji u ażjendi privati jinsew l-interessi tagħhom u bi sforz kollettiv ji'bdu ħabel wieħed sabiex ikunu l-interessi ta' Għawdex illi jitpo''ew fuq quddiem. Hekk, il-GTA ċertament turi kemm hi ta' fejda għal Għawdex billi tqis lil Għawdex u l-interessi tiegħu bħala elementari".
Hija tenniet li l-gżira Għawdxija "għandha ħafna x'toffri, mhux biss lilna l-Għawdxin imma anke lill-Maltin u barranin li jagħżlu li jqattgħu l-jiem ta' btala magħna. Dan jixhdu n-numru dejjem jiżdied ta' passi''ieri li ta' kull sena jaqsmu lejn Għawdex. Biżżejjed nikkwotaw iċ-ċifra li nħar'et mill-kumpanija Gozo Channel għall-jiem tal-festi ta' Santa Marija, perjodu li tradizzjonalment huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa żmenijiet ta' turiżmu għal gżiritna. Iż-żieda ta' 13.3% f'vetturi, u ta' 10.4% f'passi''ieri li qasmu lejn Għawdex matul dawn il-jiem tindika fost l-oħrajn li s-settur turistiku, kull ma jmur, qiegħed jieħu xejra differenti, possibilment mhux iktar turiżmu ta' massa imma iktar wieħed ta' kwalita`. Dan il-guide book ċertament ser iservi l-għan promozzjonali għal Għawdex sabiex gżiritna tattira turisti ta' l-ogħla kwalita`". Hija żiedet tgħid li l-parteċipazzjoni ta' Għawdex f'fieri internazzjonali jgħin bis-sħiħ sabiex l-istess għan, ji'ifieri dak li l-gżira tattira iktar turisti ta' kwalita`, jintlaħaq tassew.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, ħabbret il-ħsieb tal-Ministeru illi jwaqqaf website għal Għawdex, fejn l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, fost l-oħrajn, tista' tagħmel użu minnha sabiex tippromwovi lilha nnifisha, u possibilment, anke tippubblika l-guide book on-line. Din il-website għandha sservi sabiex tattira lejn Għawdex emigranti Għawdxin, speċjalment dawk tat-tieni, it-tielet, u r-raba' 'enerazzjonijiet, liema jistgħu ji'u mħajra jżuru lill-gżira Għawdxija filwaqt li jfittxu l-għeruq tagħhom. Il-website ser tinkludi database b'informazzjoni sħiħa dwar l-emigranti Għawdxin f'pajjiżi differenti, sabiex skond l-interessi ta' dawn ji'u mmirati skemi u attivitajiet f'Għawdex stess diretti għalihom, illi ji'u trasmessi lilhom permezz ta' l-istess website.
Il-Ministru għal Għawdex ferħet u rringrazzjat lill-membri kollha tal-Gozo Tourism Association għall-ħidma u l-impenn sinċier favur Għawdex kollu.
Waqt l-istess preżentazzjoni, is-Sur Sammy Rapa, il-President tal-GTA irringrazzja lill-Onor. Ministru għall-għajnuna u l-kooperazzjoni kontinwa tagħha fit-twaqqif ta' l-istess assoċjazzjoni illi tikkonferma l-ħtie'a kbira li kienet tinħass f'Għawdex għal organizzazzjoni simili. Huwa rringrazzja wkoll lill-kumpaniji Gozo Channel, Bank of Valletta u Maltacom, li flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, kienu ta' sostenn kbir fil-pubblikazzjoni ta' dan il-ktieb. Is-Segretarju ta' l-istess Assoċjazzjoni, is-Sur Joe Muscat, sostna l-importanza ta' dan il-guide book, "li huwa mezz utli u konkret fil-promozzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika għaliha". Dan il-ktieb, li jikkonsisti f'informazzjoni bl-Ingliż dwar l-istorja tal-gżira, tagħrif dwar il-festi u l-folklor Għawdxi, il-bajjiet, water sports, il-kampanja tipika Għawdxija flimkien ma' l-irħula tal-gżira, kif ukoll tagħrif dwar stabbilimenti turistiċi Għawdxin, jinkludi 97 ritratt bil-kulur. Fil-'imgħat li 'ejjin mistennija ji'u ppubblikati verżjonijiet ta' l-istess ktieb, din id-darba bil-lingwa Taljana, Franċiża u Ġermaniża. "Din hija biss bidu ta' sensiela", sostna Joe Muscat, "perjodikament, għal din il-pubblikazzjoni ser noħor'u updates illi jirriflettu l-bidla u l-iżvilupp fis-settur turistiku Għawdxi".
Gozo – Island of Myths and Miracles 'ie ppubblikat mill-kumpanija MPSMarketing Communicationsgħall-Gozo Tourism Association.
29.08.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN