Left arrow Mur Lura

RAPPREZENTAZZJONI TA' L-OPRA "LA TRAVIATA" B'RIZQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR1138
Date Icon 29/08/2000

RAPPREZENTAZZJONI TA' L-OPRA "LA TRAVIATA" B'RIZQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

Il-President ta' Malta, l-E.T. il-Prof. Guido de Marco u s-Sinjura de Marco, il-lejla habbru li f'Ottubru li gej se tittella' l-opra "La Traviata" ta' Giuseppe Verdi. Din hija t-tieni opra li se ssir fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz il-Belt, taht il-patrocinju tal-President u s-Sinjura tieghu b'rizq il-Malta Community Chest Fund. Is-sena li ghaddiet, kienet saret l-opra "Cos'� Fan Tutte" ta' Wolfgang Amadeus Mozart.

Ghal darb' ohra, ir-rapprezentazzjoni ta' din l-opra "La Traviata" qed issir mill-kumpanija operistika Opera Interludes. Ghal din is-serata, li l-flus kollha li jingabru minnha jmorru ghall-Malta Community Chest Fund, se jintuzaw kostumi mahduma fis-seklu dsatax ghar-Royal National Theatre ta' Londra. Il-palk fis-Sala tal-Gran Kunsill fil-Palazz se jkun armat sa nofs is-sala u l-udjenza se tkun imdawwra mal-palk. "La Traviata" se tkun ipprezentata f' "Concert Version" u l-kantanti se jkunu akkumpanjati minn pjanista.

Din mhix l-ewwel darba li l-kumpanija Opera Interludes kienet Malta. F'Marzu tas-sena li ghaddiet, kienet l-istess kumpanija li pprezentat l-opra "Cos'� Fan Tutte" b'artisti stabbiliti ta' kalibru dinji. Opera Interludes interpretat xoghlijiet fil-Palazz ta' St. James, f'Londra u fl-Ambaxxata Ingliza f'Moska, waqt zjara statali tar-Regina Elizabetta. Is-sopran Lorna Rushton u t-tenur Mark Luther se jkantaw il-partijiet principali ta' 'Violetta' u 'Alfredo'.

Din is-serata operistika se tittella' nhar is-Sibt, 14 ta' Ottubru 2000, fit-tmienja ta' filghaxija. Il-biljetti jistghu jinkisbu mill-ufficcju tal-Community Chest Fund fil-Palazz, il-Belt. Kull biljett jiswa Lm25 u waqt l-intervall, il-President u s-Sinjura de Marco jiltaqghu ma' dawk prezenti f'riceviment fil-Palazz stess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow