ITTRA MIBGHUTA MID-DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA, DR. RAY BUSUTTIL
Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha, Dr. Ray Busuttil lis-Segretarju Generali tal-MUMN, is-Sur Colin Galea.
Is-Sur Colin Galea
Segretarju Generali
MUMN
Sigurta' fid-Dipartiment tal-Emergenza fl-Isptar San Luqa
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 24 ta' Awissu dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.
Is-Sigurta' fl-isptar San Luqa hija responsabbilta tal-ufficjali tas-sigurta mpjegati mad-Divizjoni tas-Sahha. Numru ta' Security Guards huma assenjati f'diversi oqsma tal-Isptar skond il-htiega. Fid-dipartiment tal-emergenza jkun hemm assenjati 2-3 security guards biex jizguraw li tinzamm l-ordni mill-pubbliku. Fl-isptar San Luqa hemm assenjati wkoll tlett pulizija li jistghu jissejhu fuq il-post jekk ikun hemm htiega. Dawn il-pulizija jkunu stazzjonati quddiem l-entratura tal-isptar u ghalhekk jistghu jaslu fuq il-post mehtieg f'qasir zmien.
Fil-passat dawn it-tlett pulizija kienu allokati wiehed fid-dipartiment tal-emergenza, wiehed mal-entratura tal-isptar u l-iehor fuq ir-ronda fl-isptar. Mill-esperjenza deher car li dan it-tqassim ma kienx qed jaghmel l-ahjar uzu mill-prezenza tal-pulizija fl-inhawi tal-isptar. Kien ghalhekk li kien gie deciz li dawn il-pulizija jigu allokati kollha fid-dhul tal-isptar u jigu mghajjta fid-Dipartiment tal-Emergenza skond il-htiega. Wara kollox dawn ma jkunux aktar minn 50 sa 100 metru ‘l boghod. Tajjeb li wiehed jghid ukoll li dan l-ahh
ar d-Divizjoni ma rceviet l-ebda rapport minn staff tal-Emergenza dwar akkuzi verbali jew fizici fil-konfront tal-istess staff. Nista' nassigurak li kieku dan kien il-kaz, kienu jittiehdu l-passi kollha skond kif tiprovdi l-ligi.
Jekk thoss li hemm il-htiega li niddiskutu aktar is-sitwazzjoni, jiena dejjem lest li niltaqa' maghkom.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN