IKTAR MINN LM12,000 IPPREZENTATI MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco, u s-Sinjura de Marco, f'isem il-Malta Community Chest Fund, dalghodu pprezentaw b'kemm jiswew Lm12,353 f'dawk li huma apparat specjalizzat lil nies bi bzonnijiet specjali u organizazzjonijet filantropici, ghadd ta' white goods, taghmir mediku partikolari u assistenza finanzjarja.
Din is-sena l-Malta Community Chest Fund diga' pprezentat ftit inqas minn Lm50,000 lil diversi individwi u istituzzjonijiet.
Il-President de Marco qal li s-socjeta` trid thoss il-bzonnijiet ta' dawk li l-anqas li jkunu kapaci jlissnu l-htigijiet taghhom. Huwa qal li b'dan il-mod, il-CommunityChest Fund ikun jista' jqassam ahjar il-flus li jkollu ghad-dispozizzjoni tieghu u jilhaq il-milja ta' l-ghanijiet li ghalih twaqqaf dan il-fond.
Fic-cerimonja ta' dal-ghodu bbenefikaw sbatax-il organizazzjoni filantropika u sebgha u erbghin individwu. Fost l-organizazzjonijiet kien hemm Apap Institute, Casa Leone, Coeliac Association, Dar Hanin Sammaritan, Dar il-Kaptan, FatimaHostel, Skola Fra Diego Bonnano, Missjunarji Frangiskani ta' Marija, Dar Madre Margerita, Sptar Monte Carmeli, MUSEUM tal-Birgu, Richmond Foundation, Dar Santa Katerina, Dar Santa Tereza Zurrieq, Socjeta` Nisa ta' San Vincenz de Paule, u Tama Gdida - Caritas.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN