Left arrow Go Back

IKTAR MINN LM12,000 IPPREZENTATI MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR1120
Date Icon 23/08/2000

Il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco, u s-Sinjura de Marco, f'isem il-Malta Community Chest Fund, dalghodu pprezentaw b'kemm jiswew Lm12,353 f'dawk li huma apparat specjalizzat lil nies bi bzonnijiet specjali u organizazzjonijet filantropici, ghadd ta' white goods, taghmir mediku partikolari u assistenza finanzjarja.

Din is-sena l-Malta Community Chest Fund diga' pprezentat ftit inqas minn Lm50,000 lil diversi individwi u istituzzjonijiet.

Il-President de Marco qal li s-socjeta` trid thoss il-bzonnijiet ta' dawk li l-anqas li jkunu kapaci jlissnu l-htigijiet taghhom. Huwa qal li b'dan il-mod, il-CommunityChest Fund ikun jista' jqassam ahjar il-flus li jkollu ghad-dispozizzjoni tieghu u jilhaq il-milja ta' l-ghanijiet li ghalih twaqqaf dan il-fond.

Fic-cerimonja ta' dal-ghodu bbenefikaw sbatax-il organizazzjoni filantropika u sebgha u erbghin individwu. Fost l-organizazzjonijiet kien hemm Apap Institute, Casa Leone, Coeliac Association, Dar Hanin Sammaritan, Dar il-Kaptan, FatimaHostel, Skola Fra Diego Bonnano, Missjunarji Frangiskani ta' Marija, Dar Madre Margerita, Sptar Monte Carmeli, MUSEUM tal-Birgu, Richmond Foundation, Dar Santa Katerina, Dar Santa Tereza Zurrieq, Socjeta` Nisa ta' San Vincenz de Paule, u Tama Gdida - Caritas.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow