Left arrow Go Back

RIFORMA FIS-SEZZJONI TAL-PAGI U PERSONNEL FL-ISPTAR MONTE CARMELI

PR1108
Date Icon 18/08/2000

Dalghodu saret konferenza stampa mit-Tabib Ray Busuttil, Direttur Generali tas-Sahha Pubblika u t-Tabib Ray Scerri, Direttur tal-Policy u Ippjanar tas-Sahha. Dawn li gejjin huma punti li tqajjmu fil-konferenza stampa.

Fuq bazi ta' diversi studji analitici li wettaq id-Dipartiment tal-Policy u Ippjanar tas-Sahha, inhasset il-htiega li bhala prijorita' jkun hemm riforma radikali fis-sistemi tal-pagi u personnel management fl-isptarijiet. Dan ghaliex il-livell ta' rikonciljazzjoni bejn pagi mhallsa u attendenza ghax-xoghol ma kenitx bizzejjed effettiva. Instabu wkoll certi prattiki ta' abbuz fosthom overtime esagerat u bla bzonn, abbuz mis-sick leave u kif dan jittiehed biex isir l-overtime, skartar mix-xoghol imma l-paga xorta tithallas, u deployment inefficjenti tal-haddiema.

Biex ikun ikkontrollat l-abbuz, kien hemm il-bzonn li tiddahhal sistema kompjuterizzata, li tippermetti li tingabar u tinzamm informazzjoni dwar kull impjegat fl-azjenda, filwaqt li tippermetti kontroll fuq ir-rizorsi umani, kif ukoll fuq il-pagi mhallsa.

Din is-sistema kompjuterizzata giet introdotta ghall-ewwel darba fl-isptar Monte Carmeli. L-ghan ta' l-introduzzjoni ta' din is-sistema hu li l-isptar ikollu stampa cara dwar l-allokazzjoni tax-xoghol ta' kull impjegat. Dan jippermetti tmexxija aktar effettiva u efficjenti fid-distribuzzjoni tax-xoghol fost il-haddiema, filwaqt li qed tigi immonitorjata u kkontrollata n-nefqa rikurrenti ta' l-isptar, flimkien ma' rizorsi ohra simili relatati ma' din is-sistema.

Din is-sistema qieghda tigi mdahhla b'certa kawtela minhabba li wiehed jifhem li jkun hemm rezistenza ghal kull bidla radikali fejn jinqatghu abbuzi maghrufa minn kulhadd.

Bhala parti minn din is-sistema kull punch clock manwali se jinbidel f'wiehed elettroniku maghruf bhala palm reader. Ghalissa dawk l-impjegati biss li jippancjaw se jinqalbu ghas-sistema l-gdida.

Fl-24 ta' Lulju d-Dipartiment informa lill-General Workers Union u lill-Union Haddiema Maghqudin li dawn il-palm readers se jinbdew jintuzaw fl-Isptar Monte Carmeli mill-21 ta' Awissu. Iz- zewg unionsinfurmaw lil dan id-Dipartiment li huma ma jaqblux li l-haddiema juzaw dawn il-punch clockselettronici u taw direttivi lill- haddiema biex jirrifjutaw li juzawhom.

Id-Dipartiment qed jesigi li huwa l-kompitu tal-management ta' l-isptar li jiddeciedi x'tip ta' punch clocks jintuzaw fl-isptarijiet taghna. Il-management ghandu d-dmir li jmexxi u fejn hemm abbuz, jiehu l-passi necessarji sabiex dan l-abbuz jinqata'. Ir-riforma li qeghda ssir mhux ser tbiddel xejn mill-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema, izda sempliciment qed tbiddel l-apparat ezistenti tal-punching minn sistema antikwata ghal sistema moderna.

Ghaldaqstant, huwa sorprendenti kif il-unions li dejjem jippriedkaw ‘tmien sighat paga ghal tmien sighat xoghol', ‘sistemi professjonali u teknici', ‘htiega ta' ristrutturazzjoni fil-pajjiz', ‘bzonn ta' efficjenza u responsabilita' fis-Settur Pubbliku' issa qed jaghmlu rezistenza ghall-introduzzjoni ta' dawn il-palm readers, li l-mira taghhom hija li jigi kkontrollat l-abbuz sabiex it- taxxi tal-poplu ma jigux sparpaljati u misruqa.

Huwa veru li mill-kliem ghall-fatti hemm bahar jikkumbatti, dan ghaliex filwaqt li madwar il-mejda l-unions jaqblu mar-riformi li qeghdin jiddahhlu, meta' jigu ghall-prattika jaghmlu rezistenza ghall- introduzzjoni ta' dawn l-istess riformi.

Wasal iz-zmien li ghall-gid komuni ta' dan il-pajjiz kulhadd jinzamm responsabbli u akkontabbli ta' ghemilu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow