IMPJANT GHAT-TISFIJA TAD-DRENAGG F'GHAWDEX
IMPJANT GHAT-TISFIJA TAD-DRENAGG F'GHAWDEX
Fi zmien qasir ser tkun sottomessa lill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar outline development application ghall-bini ta' impjant li permezz tieghu jkun jista' jissaffa l-materjal tad-drenagg kollu tal-gzira Ghawdxija.
Dan l-impjant, li ser jipproduci madwar 4,950 metru kubu ta' ilma kuljum, mistenni jinbena fl-inhawi ta' Ras il-Hobz, ghalkemm il-process biex tkun kunsidrata l-applikazzjoni ser ikun jinkludi wkoll studju dwar l-impatt ambjentali.
Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla, flimkien mal-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, attenda ghal attivit'� ta' tindif ta' qiegh il-bahar fil-Bajja tax-Xlendi bhala parti mill-kampanja annwali Ghal Bahar Aktar Nadif. Waqt li ghaddasa kienu qed inaddfu qiegh il-bahar f'din il-bajja, ghaddasa ohra kienu qed iwettqu hidma simili fil-Bajja San Niklaw f'Kemmuna. Sar ukoll tindif f'Wied il-Kantra.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-iskop ta' din il-kampanja hu dak li tikber il-kuxjenza favur bahar u kosta aktar indaf, b'mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf fejn eluf ta' nies ta' kuljum imorru jghaddu parti mill-hin taghhom hdejn il-bahar, jew biex jghumu, jew biex jistriehu jew biex jiddevertu.
Hu qal li hafna drabi jithalla hafna skart li mhux biss ikerrah il-kosta izda wkoll ikun ta' dannu ghall-pubbliku u jista' wkoll jispicca fil-bahar. Hu enfasizza l-htiega li l-poplu jsir aktar konxju li ghandu jzomm l-indafa barra minn daru, ikun fejn ikun, peress li n-nuqqas ta' ndafa qed ukoll ikun ta' hsara ghall-industrija tat-turizmu li hi pilastru ta' l-ekonomija ta' pajjizna.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar fil-hidma tal-Gvern f'dawn l-ahhar snin biex jonqos it-tniggiz fil-bahar, kemm permezz tal-Pollution Control Coordinating Unit tad-Dipartiment ghall-harsien ta' l-Ambjent kif ukoll permezz tad-Dipartiment tad-Drenagg. Hu semma li permezz tat-tishih li sar fis-sistema tad-drenagg fis-snin li ghaddew f'diversi lokalitajiet f'Malta u Ghawdex spiccaw kwazi ghal kollox l-okkazjonijiet fejn il-pubbliku ma setax imur jghum minhabba hrug ta' materjal tad-drenagg fil-bahar.
Hu qal ukoll li ghadha ghaddejja l-hidma biex pumping stations li jinsabu qrib bajjiet jew postijiet tal-ghawm popolari jkunu mghammra b'generaturi halli tonqos il-possibbilt'� ta' hrug ta' drenagg qrib il-kosta f'kaz ta' qtugh ta' dawl; zied li l-bini ta' aktar impjanti ghat-tisfija tad-drenagg fis-snin li gejjin, inkluz l-impjant f'Ghawdex, ghandu jwassal biex ma jibqax jintefa' aktar materjal tad-drenagg fil-bahar.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll ghall-programm dwar l-immaniggjar tal-kosta li qed isir mid-Dipartiment ghall-harsien ta' l-Ambjent bl-ghajnuna tal-Priority Actions Programme tal-Pjan ta' Azzjoni ghall-Mediterran (PAP-MAP), bl-iskop li jitfassal b'mod integrat pjan ghall-konservazzjoni u l-immaniggjar tal-kosta fil-majjistral ta' Malta. Hu qal li dan il-programm, li hu mifrux fuq tliet snin, dig'� qed jitwettaq u ghandu jwassal ghall-immaniggjar sostenibbli u l-harsien tar-rizorsi li jezistu lokalment tul il-kosta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN