TINDIF TA' QIEGH IL-BAHAR FIX-XLENDI U F' KEMMUNA
PR1097
16/08/2000
TINDIF TA' QIEGH IL-BAHAR FIX-XLENDI U F' KEMMUNA
Il-kampanja 'Għal Baħar Aktar Nadif', organizzata kull sena mill-Ministeru għall-Ambjent, se tkompli għada l-'�amis (17 ta' Awissu), wara nofs in-nhar, b'tindif ta' qiegħ il-baħar fix-Xlendi, Għawdex, u f'San Niklaw f'Kemmuna.
Diversi għaddasa se jibdew inaddfu qiegħ il-baħar f'dawn iż-żew' lokalitajiet għall-ħabta tal-5.30 p.m.
Barra minn hekk, għadd ta' beach cleaners se jnaddfu Wied il-Kantra fix-Xlendi.
L-iskop ta' din il-kampanja hu li tkompli tqajjem kuxjenza nazzjonali dwar il-ħtie'a li nżommu l-baħar u l-kosta ndaf.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN