Left arrow Mur Lura

FTUH TA' RENAL UNIT FL-ISPTAR GENERALI T'GHAWDEX

PR1092
Date Icon 14/08/2000


Illum, it-Tnejn, 14 t'Awwissu 2000, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono inawgurat uffiċjalment Renal Unit 'did fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.

L-apparat, illi jikkonsisti f'erba' magni ta' dialysis u żew' units ta' reverse osmosis li jipproduċu ilma trattat biex jintuża fit-trattament tal-kliewi, 'ew mogħtija mill-kumpanija Gozo Channel, wara talba illi saret lilha fuq inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex.

F'diskors illi għamlet fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' dan il-Unit, l-Onor. Giovanna Debono qalet li mil-lum 'il quddiem il-pazjent residenti Għawdex m'għandux għalfejn jaqsam iktar lejn Malta għat-trattament tal-mard tal-kliewi, għaliex dan is-servizz ser jibda jingħata f'Għawdex stess. "Il-pazjent Għawdxi m'għadx għandu għalfejn jaffronta vja'' twil u inkonvenjenti għall-kura li jeħtie'. Grazzi għal dan ir-Renal Unit 'did fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, il-pazjent Għawdxi jista' jinqeda qrib daru stess. Dan ir-Renal Unit flimkien mal-magni 'odda li 'ew mogħtija l-'imgħa li għaddiet mill-Bord ta' l-Enemalta, flimkien mal-programm intensiv ta' refurbishment u upgrading illi bħalissa qiegħed isir fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huma konferma ta' l-impenn bis-sħiħ tal-Ministeru għal Għawdex illi jrid joffri lill-pazjent f'Għawdex servizz mill-aqwa bl-aħjar mod possibbli".

Filwaqt illi ħe''et lil iktar kumpaniji u individwi sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom lejn is-soċjeta`, il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-kumpanija Gozo Channel illi permezz ta' l-isponsorshiptagħha dan il-Unit seta' ji'imwaqqaf. Fid-diskors tagħha, il-Ministru għal Għawdex għamlet referenza wkoll għad-Dorothy Ellis Foundation kif ukoll il-Life Cycle, li huma żew' organizzazzjonijiet illi, fuq inizjattiva personali, jaħdmu kontinwament sabiex joħolqu kuxjenza dwar il-mard tal-kliewi, kif ukoll ji'bru fondi sabiex jgħinu lil persuni li jbatu minn dan it-tip ta' mard.

Huwa u jitkellem dwar dan l-isponsorship lill-Isptar Ġenerali t'Għawdex, iċ-Chairman tal-Gozo Channel, is-Sur John E. Sullivan qal li "l-isponsorship huwa parti mill-impenn li għandha l-kumpanija li tikkontribwixxi mhux biss lejn il-'id ekonomiku t'Għawdex, iżda wkoll lejn il-'id soċjali u kulturali tal-gżira. Aħna nittamaw li permezz ta' dan l-isponsorship, inkunu qed ngħinu sabiex intaffu ftit mill-problemi li jltaqgħu magħhom dawk il-pazjenti Għawdxin li jbatu b'xi marda tal-kliewi u li qabel kien ikollhom joqgħodu jivvja''aw lejn Malta biex jirċievu l-kura li kellhom bżonn. Il-filosofija tal-Gozo Channel hija li tkun impenjata biex tkun ta' servizz għal Għawdex u għall-klijenti kollha tagħha. Fil-fatt, dan l-isponsorship jippermettilna li nżommu dan l-impenn li aħna nħossuna obbligati li għandna noffru".

B'kollox huma ħamsa l-pazjenti Għawdxin illi sal-lum kienu jagħmlu użu minn servizz simili fl-Isptar San Luqa f'Malta, wieħed minn liema ilu għal dawn l-aħħar sitt snin jaqsam fuq bażi regolari lejn Malta għat-trattament. Issa, il-pazjenti Għawdxin ser jibdew jagħmlu użu minn dan il-servizz f'Għawdex stess minn nhar l-Erbgħa, 16 t'Awwissu 2000.

id-diskors tal-Ministru jsegwi…..

Diskors ta' l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, fl-okkażjoni tal-Ftuħ Uffiċjali ta' Renal Unit fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. It-Tnejn, 14 t'Awwissu 2000.

Ninsabu hawn dalgħodu sabiex ninawguraw il-bidu ta' l-operat ta' dan ir-Renal unit 'did, okkażjoni illi żgur li ser tinkiteb fil-pa'ni ta' l-istorja tal-kura medika ta' gżiritna.

U dan bir-ra'un. Mil-lum 'il quddiem il-pazjent Għawdxi illi jbati minn mard tal-kliewi, jew li għandu bżonn check-ups jew trattamenti relatati ma' dan, jista' jinqeda fi gżiritna stess. Spiċċa ż-żmien li ngħidu li pazjent li jbati minn dan it-tip ta' mard irid imur bil-fors Malta biex jinqeda. Spiċċa ż-żmien ta' vja''i twal u inkonvenjenzi li jinħolqu sabiex il-pazjent jivja''a ta' sikwit għat-trattament meħtie'. Mil-lum 'il quddiem, il-pazjent li għandu bżonn jagħmel użu mill-faċilita` ta' trattament tal-mard tal-kliewi, issa jista' jagħmilha qrib daru stess.

Għalhekk, nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-kumpanija u l-Bord ta' Diretturi tal-Gozo Channel illi, hekk kif jiena tlabthom l-għajnuna sabiex ikun jista' jitwettaq dan il-pro'ett, huma ma sabu ebda diffikulta`. Anzi, grazzi lilhom issa l-faċilitajiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jaraw servizz ieħor jiżdied mal-lista li kull ma jmur tikber u toffri dejjem iktar lill-pazjent f'Għawdex.

Dan ir-Renal Unit illi aħna qegħdin ninawguraw dalgħodu jinkludi fih erba' magni ta' dialysis flimkien ma' żew' units ta' reverse osmosis li jipproduċu ilma trattat biex jintuża fil-proċess tat-trattament, għotja mill-Bord ta' Diretturi illi turi l-kuxjenza soċjali tal-kumpanija Gozo Channel illi mhux biss tinteressa ruħha fl-iżvilupp ekonomiku ta' gżiritna, imma bil-wisq iktar, dak fit-totalita` tiegħu.

Jiena nixtieq minn hawnhekk inħe''e' iktar kumpaniji sabiex jimxu fuq l-eżempju tal-Gozo Channel u jgħinu lis-soċjeta` li fiha jgħixu. Aħna l-Maltin u l-

Għawdxin magħrufin bħala poplu dħuli u 'eneruż, illi ngħinu u nagħtu ħafna mill-'id tagħna lil popli ta' pajjiżi oħra fil-bżonn. Tajjeb kieku naħsbu wkoll f'pajjiżna stess, fil-poplu tagħna stess, illi għalkemm forsi m'huwhiex nieqes materjalment, xorta waħda nistgħu nagħtuh għajnuniet ta' naturi differenti bħalma huma l-volontarjat u inizjattivi oħra illi nieħdu aħna stess.

Ta' min hawnhekk isemmi d-Dorothy Ellis Foundation kif ukoll il-Life Cycle, li huma żew' organizzazzjonijiet illi fuq inizjattiva personali jaħdmu kontinwament sabiex joħolqu kuxjenza dwar mard tal-kliewi, kif ukoll ji'bru fondi sabiex jgħinu lil persuni li jbatu minn dan it-tip ta'mard.

Id f'id, bil-kontribuzzjoni tagħna lkoll nistgħu noħolqu Għawdex aħjar, u Għawdxin li ngawdu minn ħajja aħjar. Kemm hija xi ħa'a sabiħa illi dak li jkun jgħin lil ħaddieħor, speċjalment jekk dan ta' l-aħħar ikun fil-bżonn.

Matul din l-aħħar 'imgħa rajna wkoll l-inawgurazzjoni ta' apparat ieħor illi 'ie mogħti minn kumpanija oħra. Dawn il-magni 'odda flimkien mal-programm intensiv ta' refurbishment u upgrading illi bħalissa qiegħed isir fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huma konferma ta' l-impenn bis-sħiħ tal-Ministeru tiegħi illi jrid joffri lill-pazjent f'Għawdex servizz mill-aqwa bl-aħjar mod possibbli.

Nirringrazzjakom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow