ID-DIPARTIMENT GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI DWAR IL-PROCEDURI GHAR-REVIZJONI TAS-SUSSIDJU TAL-KERA
Id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali jixtieq javza lil dawk il-kerrejja ta' postijiet tal-Gvern li imisshom issirilhom revizjoni tas-sussidju tal-kera din is-sena u li ghad ma baghtux id-dokumenti mitluba, biex jaghmlu dan minnufih. Bhalissa qed jintbaghtilhom l-Ahhar Avviz.
Jekk dan ma jsirx, id-Dipartiment ikollu jwaqqaf is-sussidju lil dawk li jonqsu milli jibghatu d-dokumenti mitluba sa' l-1 ta' Settembru 2000.
Id-Dipartiment jixtieq javza ukoll illi mill-1 ta' Settembru 2000, kull applikazzjoni ghall-Akkomodazzjoni Socjali irid ikollha maghha dikjarazzjonijiet apposta li bihom l-applikant jawtorizza lid-Dipartiment biex jirricerka u jivverifika d-dhul u l-assi ta' l-applikanti ghall-akkomodazzjoni alternattiva.
11.08.00
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN