TWAQQAF IL-BORD BIEX JITHARSU R-REGOLAMENTI TAL-KACCA
TWAQQAF IL-BORD BIEX JIT'�ARSU R-REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA
Il-Gvern waqqaf l-Environment Monitoring Board bl-inkarigu li jħares u jinforza l-li'ijiet u r-regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib. It-twaqqif ta' dan il-Bord sar bi qbil bejn il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti u Birdlife Malta.
Il-Bord hu magħmul minn Chairman u seba' membri li jirrappreżentaw lid-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent, il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti, il-Birdlife, il-Pulizija u l-Forzi Armati ta' Malta. Bħala A'ent Chairman inħatar is-Sur Saviour Balzan, filwaqt li bħala membri nħatru is-Sur Joe Sultana (Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent), is-Sinjuri Joe Buttigieg u Joe Perici Calascione (Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba Konservazzjonisti), is-Sinjuri Ray Galea u Norman Chetcuti (Birdlife Malta), l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Josie Brincat (Dipartiment tal-Pulizija) u l-Ma''ur Emanuel Mallia (Forzi Armati ta' Malta).
F'laqgħa introduttorja li saret dalgħodu, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech fakkar li dan il-Bord qed jitwaqqaf b'riżultat ta' ftehim li kien iffirmat f'Ġunju li għadda bejn il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u l-Birdlife dwar it-twaqqif ta' Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Għasafar. Dan il-ftehim kien possibbli li jsir wara sensiela twila ta' taħditiet bejn il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi u l-Birdlife, bl-inizjattiva tal-Ministeru għall-Ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech kompla li l-funzjoni prinċipali ta' dan il-Bord se tkun li jfassal strate'ija ċara għall-implimentazzjoni ta' l-infurzar tar-regolamenti li jirrigwardaw l-għasafar, kif ukoll li jipproponi strate'iji għall-infurzar ta' kuljum ta' dawn ir-regolamenti min-naħa tad-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent, il-Pulizija u l-Forzi Armati, u li jsegwi rapporti u ilmenti dwar l-infurzar jew in-nuqqas ta' infurzar ta' dawn ir-regolamenti.
Il-Ministru għall-Ambjent tenna li t-twaqqif ta' dan il-Bord hu xhieda ta' l-impenn kemm tal-Gvern kif ukoll ta' l-istess Federazzjoni tal-Kaċċaturi, li jkun hemm impenn bla limitu biex ikunu kontrollati b'kull mod possibbli kwalunkwe abbużi dwar il-kaċċa u l-insib. Hu għamilha ċara li l-Gvern hu determinat – u f'dan ir-rigward qed isib l-appo'' sħiħ tal-Federazzjoni tal-Kaċċaturi – li ma jkunux tollerati abbużi tar-regolamenti eżistenti, għax filwaqt li kulħadd għandu d-dritt igawdi d-delizzju tiegħu, m'għandux dritt li jikser il-li'i jew li jkun ta' periklu għal ħaddieħor.
Fost l-abbużi li normalment jitwettqu minn uħud mill-kaċċaturi u nassaba, il-Ministru Zammit Dimech semma l-kaċċa u nsib mingħajr liċenzja, kaċċa ta' speċi protetti, kaċċa minn postijiet protetti, u kaċċa nhar ta' '�add wara nofs in-nhar u fl-ista'un magħluq.
Il-Ministru Zammit Dimech wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-Federazzjoni tal-Kaċċaturi qegħda mhux biss tappo''ja iżda wkoll tagħti s-sehem sħiħ tagħha biex ikunu kontrollati l-abbużi għax tifhem li l-abbużi jkomplu jkabbru l-istmerrija tal-pubbliku lejn l-istess delizzju tal-kaċċa. Hu wera t-tama li l-kaċċaturi kollha jifhmu l-ħtie'a li jimxu mar-regolamenti u li ma jabbużawx.
11.08.00
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN