STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IS-SALA NUMRU 2 F'ISPTAR MONTE CARMELI
STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IS-SALA NUMRU 2 F'ISPTAR MONTE CARMELI
B'riferenza ghall-artikli li dehru fil-gurnali dwar is-sala numru 2 fl-isptar Monte Carmeli id-Divizjoni ta-Sahha thoss li ghandha ticcara xi affarijiet li gew raportati li ntqalu mis-Segretarju Generali tal-Malta Union of Midwives & Nurses (MUMN).
Kif diga stqarr id-Direttur Generali tas-Sahha, in-numru ta' pazjenti li jinsabu fis-sala numru 2 ta' l-isptar Monte Carmeli, fil-prezent huwa aktar minn dak li normalment tiehu din is-sala. Dan huwa minhabba l-fatt li hemm numru kbir ta' pazjenti li fil-prezent jenhtigilhom kura akuta f'din is-sala.
Matul dawn l-ahhar hmistax il-gurnata il-medja ta' pazjenti kienet ta' 29 minflok 25. Ghalhekk kellhom jitpoggew numru ta' sodod zejda f'din is-sala kif jigri fi sptarijiet ohra f'cirkostanzi bhal dawn. Id-Divizjoni trid tghid ukoll li l-‘management' ta' l-isptar Monte Carmeli ha hsieb li jzid in-numru ta' ‘staff' f'din is-sala li ghalkemm il-‘complement' miftiehem huwa ta' 8 fil-ghodu u 4 matul il-lejl, matul dan l-istess perjodu in-numru ta' staff kien medja ta' 14 matul il-gurnata u 7 matul il-lejl.
Id-Divizjoni tas-Sahha tinnega kategorikament li qatt kien hemm xi okkazjoni fejn zewg pazjenti intalbu jorqdu f'sodda wahda kif allega s-Segretarju Generali tal-MUMN. Daqstant mhuwiex korrett li pazjenti fil-prezent qeghdin jintbaghatu jorqdu fi swali ohra fl-isptar Monte Carmeli. Ghalkemm din kienet il-prassi fil-passat, il-‘policy' illum hija li l-pazjenti li ghandhom bzonn kura akuta jibqghu jigu ttrattati fis-sala numru 2, u ghal din ir-raguni qed ikollhom jiddahhlu sodod zejda f'din is-sala.
Ghar-rigward tas-‘seclusion ward', kienu saru diversi diskussjonijiet mal-Unions dwar in-numru ta' kmamar li ghandu jkun hemm disponibbli. Ghall-informazzjoni tal-pubbliku, is-‘seclusion ward' hija sala fejn il-pazjenti li jkollhom disturb mentali jigu izolati f'cella sakemm jikkalmaw. Din il-prattika llum mhijiex ikkunsidrata bhala wahda idejali u l-medicina moderna titlob li ghandha tintuza aktar il-kura b'medicini u nterventi mil-‘istaff' tas-swali milli restrizzjoni fizika f'seclusion ward'. Id-Divizjoni tas-Sahha ghamlet konsultazzjoni wiesgha anke ma' centri internazzjonali u gie stabbilit li erbat ikmamar fis-‘seclusion ward' ghandhom ikunu bizzejjed ghall- htegijiet taghha.
Tajjeb li wiehed ifakkar li l-MUMN ghadha ghaddejja bl-azzjonijiet industrijali taghha kontra d-‘deployment' kif propost mid-Divizjoni tas-Sahha. Fil fatt bl-ordni li nghataw il-membri ta'l-MUMN, numru ta' nfermiera li fil-prezent qed jahdmu fis-swali anqas akuti u skond id-‘deployment' tad-Dipartiment gew ippustjati fis-sala numru 2 proprju biex jaghtu servizz ahjar lil pazjenti, ghadhom s'issa ma' ccaqalqux.
10th August 2000
Mr. C. Galea
Segretarju Generali
M.U.M.N.
Re: Sitwazzjoni fis-Sala 2 Rgiel fl-Isptar Monte Carmeli
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 8 t'Awissu dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.
Filwaqt li d-Divizjoni tas-Sahha tirrikonoxxi li fil-prezent in-numru ta' pazjenti fis-sala numru 2 huwa aktar minn dak stabbilit, dan zgur m'ghandux iwassal biex dawn il-pazjenti ma jinghatawx il-kura li tehtigilhom. Il-‘management' ta' l-isptar Monte Carmeli qed jassigura li jkun hemm numru adekwat ta' staff biex ikunu jistghu jlahhqu ma din id-domanda.
Matul dawn l-ahhar hmistax il-gurnata il-medja ta' pazjenti fis-sala numru 2 kienet ta' 29 (disgha w ghoxrin) pazjent filwaqt li l-media ta' nfermiera matul il-jum kienet ta' erbatax u ta' matul il-lejl kienet ta' seba'. Jidher car li l-management ta' l-isptar Monte Carmeli qed jizgura li jkun hemm numru adekwat ta' staff biex jissorveljaw dan in-numru ta' pazjenti. Dan qed isir minkejja l-intransigenza tal-Union tieghek li ghada sal llum taghti direttivi lil membri taghha biex ma jsirx id-‘deployment' skond kif kienet ipproponiet id-Divizjoni. Mhux talli d-‘deployment' li pproponiet id-Divizjoni ma kienx deciz bil- ghaggla kif allegat minnek fl-ittra tieghek, izda jikkonferma l-htiega li nfermiera minn swali anqas akuti jiccaqilqu ghal dawk fejn il-pazjenti ghandhom bzonn ta'aktar kura, kif fil-fatt ipproponiet id-Divizjoni.Tajjeb li nfakkrek li numru ta' nfermiera li qed jobdu d-direttivi tal-Union tieghek suppost li jirraportaw ghax-xoghol fis-sala numru 2 irgiel fejn int qieghed issostni li hemm nuqqas.
Ma kien hemm bzonn l-ebda twissija min naha tal Union tieghek biex tfakkar lid-Divizjoni fir-responsabbiltajiet taghha. Ikun tabilhaqq xieraq jekk wiehed ihares lejn id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet b'mod oggettiv u jinkwadrahom fl-interess tal-pazjent u mhux fl-interess ta' xi whud.
Stante li l-Union tieghek ghada ghaddejja bid-direttivi ma jkunx possibbli li naghtik il-laqgha li qed titlob diment li dawn id-direttivi ma jigux sospizi.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
10th August 2000
Mr. J.M. Briffa
Segretarju tat-Taqsima
Servizzi tas-Sahha
U.H.M.
Re: Is-Sitwazzjoni fil-Male Ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 7 t'Awissu dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.
Huwa fatt li n-numru ta' pazjenti f'dawn l-ahhar jiem huwa aktar minn dak li hu tenut. Fil fatt il-media ta' pazjenti fis-sala numru 2 f'dawn l-ahhar hmistax il-gurnata kien ta' 29 (disgha w ghoxrin). Tajjeb li wiehed isemmi li l-management ta' l-isptar ha hsieb li jkun hemm infermiera bizzejjed biex jiehdu hsieb dawn il-pazjenti. Fil-fatt il-medja ta' staff matul il-jum fis-sala numru 2 kienet t'erbatax filwaqt li matul il-lejl kienet ta' sebgha.
Huwa fatt ukoll li n-numru ta' pazjenti bi problemi ta abbuz ta' droga li fil-prezent jinsabu fis-sala numru 2 huwa aktar minn dak miftiehem. Irrid infakkrek li pazjenti bi problema ta' droga ma jidhlux l-isptar Monte Carmeli biss bhala parti mir-rijabilitazzjoni taghhom, izda hemm numru minnhom li jbatu wkoll minn mard psikjatriku. Ma nahsibx li huwa gust u certament mhux etiku li pazjent li ghandu bzonn kura akuta psikjatrika, ma jinghatax din fl'ambjent mehtieg sempliciment ghax l'istess pazjent ghandu wkoll il-problema tad-droga.
Jekk hemm xi problemi partikolari li inti thoss li ghandhom jigu diskussi, jiena dejjem inkun lest li niltaqa' mieghek.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
10th August 2000
Mr. J.M. Briffa
Segretarju tat-Taqsima tas-Sahha
U.H.M.
Re: ‘Complement' ta' Nurses u Nursing Aides fis-Swali ta' l-Isptar Monte Carmeli
Nirreferi ghall ittra tieghek datata 7 t'Awissu dwar is-suggett hawn fuq imsemmi. Fl-ittra tieghek inti semmejt li l-‘compliment' b'mod partikolari fis-swali 5A u 5B tan-nisa u 3A u 3B tal-irgiel mhuwiex qed ikun dak skond il-ftehim milhuq bejn id-Divizjoni ta-Sahha u l-Union tieghek.
Skond il-ftehim tad-‘deployment' fis-swali 3A u 3B ghandu jkun hemm komplessivament ‘compliment' t'erba nurses u sitt nursing aides (total 10) matul il-gurnata u zewg nurses u tlett nursing aides (total 5) matul il-lejl. Mill-informazzjoni li ghandi jidher li fil-parti l-kbira tal-granet dan il-‘compliment' qed ikun milhuq jew maqbuz fil-hinijiet ta' matul il-gurnata. Jidher li matul il-lejl hemm diversi granet fejn kien hemm nuqqas ta' persuna wahda u ser niehu l-passi biex nara jekk hux possibbli li din is-sitwazzjoni tigi rrangata. Irrid infakkrek ukoll li minn mindu sar ir-‘refurbishment' fis-swali 3A u 3B, in-numru ta' sodod f'dawn is-swali naqas b'mod sostanzjali.
Ghar-rigward tas-swali 5A u 5B nisa, il-‘compliment maqbul kien ta' total ta' disa' staff matul il-gurnata u hamsa matul il-lejl. Mill-informazzjoni migbura jidher li hemm diversi granet fejn dan il-‘compliment' mhux qed jigi milhuq. Dan qed jigri minhabba l-fatt li jkun hemm htiega ta' ‘staff f'oqsma aktar akuti. Jiena nfurmat li x-xoghol gieli jkun tali li ma jkunx hemm nies lesti li jahdmu ‘overtime' u allura l-management, kif inhu tenut li jaghmel, jpoggi staff minn postijiet anqas akuti.
Nista nassigurak li l-management jaghmel minn kollox biex il-livelli tal-‘complement' miftiehem jigu milhuqa, izda wiehed irid iqis li l-esigenzi u l-htigijiet tal-pazjenti jinghataw prijorita' fuq kollox.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN