IL-MINISTRU TAS-SAHHA JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA DWAR IL-ĦARSIEN TAS-SAHHA MILL-ANTENNI TAT-TELEFONIJA CELLULARI
Il-MINISTRU TAS-SA'�'�A JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA DWAR IL-'�ARSIEN TAS-SA'�'�A MILL-ANTENNI TAT-TELEFONIJA ĊELLULARI
Il-ħarsien tas-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin huwa l-interess ewlieni tal-Ministeru u tad-Diviżjoni tas-Saħħa u għalhekk kien xieraq li l-kumitat imwaqqaf biex jevalwa l-impatt li l-antenni tat-telefonija ċellulari għandhom fuq saħħet in-nies jieħu ż-żmien meħtie' kollu biex l-istudju jsir bl-iżjed mod professjonali.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Dr. Louis Deguara meta dalgħodu indirizza konferenza stampa dwar is-su''ett.
Il-kumitat wasal għall-konkluzjoni li minn l-aħħar evidenza xjentifika, ma toħro' l-ebda ra'uni għax il-pubbliku għandu għalfejn jallarma ruħu, sakemm jittieħdu l-prekawzjonijiet indikati.
Dan 'ie komunikat lid-Diviżjoni tas-Saħħa fit-12 ta' Lulju, iżda kien jonqos li jitfasslu linji ta' gwida. Għalhekk il-Ministru esi'a li dawn il-linji ta' gwida għandhom ikunu magħrufin qabel ir-rapport ji'i pubblikat. Issa li l-linji waslu biex ji'u finalizzati, il-Ministru deherlu li wasal iż-żmien li jagħmel l-informazzjoni pubblika biex iserraħ imħuħ in-nies.
Fil-'bir u l-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni xjentifika, il-kumitat ma llimitax ruħu għar-rapporti u l-linji ta' gwida ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Ewropa biss. Iżda fela rapporti u prattiċi ta' pajjiżi oħra fosthom ta' l-Istati Uniti, tal-Kanada, tal-Ġappun u ta' l-Awstralja.
Minkejja li l-WHO għadha għaddejja bi studji li se ji'u konklużi fl-2003, jidher ċar li sakemm l-operaturi jibqgħu fil-limiti rakkomandati, m'għandux ikun hemm periklu għal saħħet in-nies.
Il-WHO tħe''e' madankollu biex l-operaturi jużaw l-inqas saħħa ta' trasmissjoni possibbli. L-antenni tat-trasmissjoni tat-telefonija jittrasmettu b'intensita` baxxi, ħafna iżjed baxxi minn dawk trasmessi mill-antenni tat-televiżjoni jew tar-radju.
Il-Ministru ħe''e' biex issa li l-istudji saru, il-'urnalisti u l-poplu joqogħdu fuq ix-xhieda xjentifika u jwarrbu l-emozzjoni mnissla mill-biża' bla bażi jew min-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN