APPLIKAZZJONIJIET MINN STUDENTI POST-SEKONDARJI GHALL-GHOTJIET TA' MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI
APPLIKAZZJONIJIET MINN STUDENTI POST-SEKONDARJI GHALL-GHOTJIET TA' MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI
Dawk l-istudenti li huma eligibbli li jiehdu l-Ghotja ta' Manteniment lill-Istudenti fil-livell Post Sekondarju u li se jattendu l-ewwel sena fl-iskejjel Giovanni Curmi (Matriculation jew A/O Level Course); Paolino Vassallo; Kullegg San Alwigi; Kullegg De La Salle; Kullegg St. Edwards; Skola Mother Theresa (Pre-Vocational); Skola Segretarjali Sir Hannibal Scicluna; Pre-School (Kindergarten Assistants); Skola Carmen Carbonaro (Hairdressing & Beauty Therapy); Umberto Colosso; Skola Nawtika u Skola Stefano Zerafa, ghandhom imorru japplikaw fl-Ufficcju tal-Maintenance Grants (Kamra Nru. 4) Gian Frangisk Abela Junior College, l-Imsida, kif gej:-
Dawk l-istudenti li l-kunjom taghhom jibda bl-ittri:
A-C, ghandhom japplikaw nhar it-Tnejn 4 ta' Settembru, 2000
D-M, ghandhom japplikaw nhar it-Tlieta 5 ta' Settembru, 2000
N-Z, ghandhom japplikaw nhar l-Erbgha 6 ta' Settembru, 2000
Dawk l-istudenti li matul is-sena akkademika 1999/2000 kienu fl-ewwel sena f'xi wahda mill-iskejjel imsemmija u ma kinux eligibbli ghal dawn l-ghotjiet u issa saru eligibbli, huma mitluba biex imorru japplikaw fl-istess ufficcju, nhar il-Hamis, 7 ta' Settembru 2000, bejn it-8.30 a.m. u nofsinhar.
L-istudenti ghandhom jiehdu maghhom fotokopja tal-Karta ta' l-Identita' taghhom u ta' li School Leaving Certificate.
Studenti Ghawdxin ghandhom imorru japplikaw bejn it-28 ta' Awissu u l-1 ta' Settembru 2000, fil-Liceo Mikielang Refalo f'Victoria fl-istess dati.
08.08.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN