Left arrow Go Back

BEJTA TA' ATTIVITA' FIC-CENTRI TA' SKOLA SAJF

PR1074
Date Icon 08/08/2000

BEJTA TA' ATTIVITA' FIC-CENTRI TA' SKOLA SAJF

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea, akkumpanjat minn ufficjali tal-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni zar xi centri li f'dawn iz-zminijiet qed jilqghu fihom studenti bejn ir-raba' u s-sitt sena ta' l-iskola primarja, fil-programm Skola Sajf.

Din is-sena, ghall-ewwel darba, Skola Sajf fethet ukoll il-bibien taghha ghal studenti bi bzonnijiet specjali. Hemm zewg centri f'Malta u iehor f'Ghawdex li qed jilqghu fihom lil dawn l-istudenti.

Il-Ministru Galea zar wahda minn dawn l-iskejjel - l-iskola ‘Helen Keller', li tilqa' fiha studenti li ghandhom diffikultajiet ta' smiegh jew ta' vista. F'dawn il-granet hemm 15-il student jattendu din l-iskola li qed ikollhom attivitajiet edukattivi, kreativi u sportivi organizzati ghalihom.

|jara ohra saret fl-iskola primarja taz-|urrieq fejn bhala parti minn Skola Sajf kien organizzat Sport Festival li fih hadu sehem studenti minn sitt centri ta' l-inhawi. B'kollox 1,344 tifel u tifla hadu sehem f'dan il-festival li kien maqsum fuq seba' rounds preliminari u zewg semi finali. Il-final ta' dan il-festival sportiv issa jsir waqt fiera apposta li ssir fit-Trade Fairs Grounds in-Naxxar fis-7 ta' Settembru.

Sadattant fl-istess skola l-Ministru ta' l-Edukazzjoni rcieva wkoll donazzjoni ta' apparat sportiv, midalji u trofej biex jintuzaw u jitqassmu lir-rebbieha tal-festival. Din id-donazzjoni ta' valur ta' madwar Lm900 saret mid-‘Ditta Paolo Bonnici.'

Fl-iskola taz-|urrieq saret cerimonja sinjifikanti hafna li matulha tfal Maltin se jiffirmaw fuq bicca drapp mibghuta apposta mic-Cina, bhala parti minn progett mahsub biex jingabru firem minn madwar id-dinja kollha, favur ir-rispett ghan-natura, l-umanita', is-sostenibbilta' u l-kultura tal-paci.

Id-drapp li tintbaghat lura c-Cina eventwalment, flimkien ma' dawk migbura minn pajjizi ohra, tinghata lill-UNESCO. Il-Ministru Galea kien l-ewwel wiehed li pogga l-firma tieghu fuq din id-drapp flimkien ma' l-Ambaxxatur Ciniz ghal Malta.

Bhalissa fic-Centru ta' l-Information and Communications Technology, li hemm fil-Maria Regina Junior Lyceum ta' Blata-l-Bajda, qed isiru in-service courses fil-computer ghal ghalliema u mpjegati klerikali fl-iskejjel. B'kollox madwar 350 persuna applikaw biex jippartecipaw f'dawn il-korsijiet li tqassmu fi tnax-il grupp.

Il-Ministru Louis Galea mar f'dan ic-Centru fejn tkellem kemm ma' dawk li qed jircievu dan it-tahrig kif ukoll ma' dawk li qed jipprovduh.

Inizjattiva ohra li qed issir matul Skola Sajf, hi mmirata lejn studenti tat-tieni sena tal-primarja li kienu jircievu edukazzjoni kumplimentari. "Klabb Sajf'' qed issir fi hdax-il centru f'Malta u erbgha f'Ghawdex. B'kollox madwar 300 tifel u tifla huma inkluzi f'din l-inizjattiva. L-istudenti universitarji li qed imexxu dawn ic-centri qed jinghataw tahrig kontinwu.

Wiehed mic-centri f'Malta fejn qed isir dan il-progett hu l-iskola primarja ta' Wied il-Ghajn. Numru zghir ta' studenti qed jinghtaw kors ta' erba' gimghat fil-qari u konverzazzjoni bl-Ingliz, u permezz ta' lezzjonijiet animati jiehdu sehem fi drama, role plays, u joholqu l-kotba taghhom. Ikun hemm ukoll laqghat ghall-genituri biex jintghataw tahrig dwar kif jistghu jghinu lil uliedhom.

Il-Ministru Galea mar jara dan il-progett u hawnhekk kien prezentat b'ghotja ta' kotba u casettes u materjal awdjo viziv attraenti ghat-tfal. Il-prezentazzjoni hi sponsorjata mid-ditta ‘Weeetabix' rapprezentata f'Malta minn ‘Paolo Bonnici Ltd'. Din id-ditta qed toffri wkoll breakfast nutrittiv ghat-tfal kollha li qed jattendu fic-centri ta' Skola Sajf.

Din is-sena, Skola Sajf qed issir f'54 centru f'Malta u 10 ohra f'Ghawdex li fihom qed jattendu aktar minn 4000 tifel u tifla li jattendu fi klassi IV, V u VI ta' l-iskejjel primarja. Dawn l-iskejjel qed jitmexxew minn studenti li qed jaghmlu l-kors tal-B.Educ. fl-Universita ta' Malta taht id-direzzjoni ta' koordinatur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow