TWAQQFET IL-FONDAZZJONI CENTRU GHALL-KREATTIVITA'
TWAQQFET IL-FONDAZZJONI CENTRU GHALL-KREATTIVITA'
It-tfassil ta' Politika Kulturali ghal Malta, it-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali ghall-Kultura u l-Arti u Abbozz ta' Ligi dwar l-Appogg ta' l-Istat lill-Inizjattivi u Hidma Kulturali huma tliet inizjattivi ewlenin fil-qasam kulturali li qed jahdem fuqhom bhalissa l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Dan habbru il-Ministru Louis Galea meta nieda ufficjalment it-twaqqif tal-Fondazzjoni Centru ghall-Kreativita' li se topera mill-Kavallier ta' San Gakbu l-Belt, Valletta. Il-Fondazzjoni se titmexxa fuq linji awtonomi, bil-personalita' legali distinta taghha, u jkollha r-responsabbilita' li tistabbilixxi dawk il-kriterji artistici u kummercjali li jaghmluha sostenibbli. B'danakollu l-Gvern xorta jibqa' kommess li jaghti sehmu lill-Fondazzjoni mill-fondi pubblici skond l-impenn li ghandu favur l-espressivita' artistika tal-pajjiz.
Dal-ghodu kien iffirmat il-Kuntratt li jistabbilixxi din il-Fondazzjoni li fost il-prijoritajiet taghha hemm politika ta' inkluzjoni b'mod li l-arti u l-kultura ma jibqghux it-territorju riservat ta' ftit maghzulin. Dan hu dikjarat ukoll b'mod esplicitu fil-politika dikjarata tal-Gvern prezenti...2..
Il-Bord tal-Fondazzjoni hu kompost mill-istess persuni li kienu inhatru "ad interim'' ftit xhur ilu. Dawn jinkludu lil Chris Grech bhala Chairperson, Mario Azzopardi, Anthony Bezzina, Petra Bianchi, Joseph P. Cassar, Anna Grima u Ann Monserrat.
Politika Kulturali ghal Malta
Bhalissa l-Ministeru ghadu kif lesta l-ewwel abbozz li jiddikjara l-Politika Kulturali ta' Malta, ezercizzju li nvolva ricerka li ilha sejra minn Jannar li ghadda fost entitajiet pubblici, gruppi kulturali u individwi.
Din se tkun l-ewwel darba li Malta se jkollha l-Politika Kulturali taghha ffukata u miktuba . Il-Politika Kulturali gdida hi bbazata fuq il-kuncett tal-poter kreattiv lic-cittadini, li jinvolvi l-faxex socjali kollha, inkluzi s-setturi tal-kummerc u l-industrija.
Bhalissa, l-filosofija kulturali fil-pajjizi zviluppati hi li jkun hemm "governanza'' demokratika kemm jista' jkun biex il-pajjiz jipprotegi, iseddaq u jizviluppa b'mod dinamiku l-kultura tieghu.
Id-dokument dwar il-Politika Kulturali hu mistenni li fil-gimghat li gejjin ikun diskuss minn grupp rapprezentattiv biex isiru l-emendi mehtiega qabel jasal ghall-verzjoni finali tieghu. Hemm enfazi kontinwa dwar il-bzonn li s-settur kulturali johloq alleanzi godda u jesplora l-inhawi li ghandhom potenzjal qawwi fit-tixrid tat-talent bhalma huma l-istituzzjonijiet edukattivi, l-Kunsilli Lokali, ghaqdiet volontarji u s-settur privat.
Id-dokument tal-politika Kulturali jenfasizza wkoll il-jeddijiet kulturali ta' gruppi li minhabba diversi ragunijiet jistghu jinsabu fil-margini tas-socjeta' u li ghalhekk l-Istat ghandu responsabbilta' partikolari dwarhom.
Id-Dokument jinsisti wkoll li ebda Politika Kulturali ghall-pajjiz ma tista' tkun effettiva jekk ma jinzerghux l-ewwel kwalitajiet kreattivi fost it-tfal bhala l-garanzija tal-gejjieni.
Kunsill Nazzjonali tal-Kultura u l-Arti
Aspett iehor importanti li fuqu qed jahdem il-Ministeru hu t-tfassil ta' struttura riveduta dwar dak li sa issa kien maghruf bhala id-Dipartiment tal-Kultura. Il-kuncett hu wkoll li l-kultura f'sens proattiv ma tistax tibqa' titmexxa skond il-linji rigidi u burokratici tas-servizz civili.
Ghaldaqstant, ghall-ewwel darba hu wara hafna aspettattiva, qed issir proposta li l-Gvern iwaqqaf Kunsill Nazzjonali ghall-Kultura u l-Arti. Kumplimentari ghal dan il-Kunsill se jkun hemm Direttorat Manigerjali li se jiehu hsieb l-aspett funzjonali tal-politika kulturali.
L-oggettivi strategici tal-Kunsill tal-Kultura u l-Arti huma li:
jippromwovi l-kultura Maltija permezz ta' kull forma ta' kreattivita' espressiva;
biex jizdied l-access tal-poplu ghall-esperjenza artistika;
biex tkun zviluppata strategija kif il-kultura Maltija tisseddaq lokalment u barra l- pajjiz.
Il-Kunsill ikollu r-responsabbilta' u d-diskrezzjoni li jalloka fondi pubblici ghal dawn
l-iskopijiet kif ukoll li jifformula politika kif jistabbilixxi kuntatti ma' msehbin godda
fl-isfera pubblika li jemmnu fl-investiment kulturali u artistiku.
Id-dokument dwar dan ir-ristrutturar issa hu lest mill-fazijiet preparatorji kollha u fil-gimghat li gejjin mistenni jitressaq ghall-approvazzjoni tal-Kabinett.
Ligi gdida dwar il-Kultura
It-tielet inizjattiva ewlenija li habbar il-Ministru Louis Galea ghandha x'taqsam ma' ligi li tahseb biex taghti qafas legali lill-Kunsill tal-Kultura u l-Arti u tipprovdi ghat-twettieq ta' l-obbligi ta' l-Istat favur il-harsien u l-promozzjoni tal-Kultura u l-Arti f'Malta.
08.08.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN