IL-HTIEGA TA' POLITIKA LI TAGHRAF U TAPPOGGJA SEHEM IL-HIDMA TAN-NEGOZJI ZGHAR U S-SELF-EMPLOYED FL-IZVILUPP EKONOMIKU TA' PAJJIZNA
IL-'�TIEĠA TA' POLITIKA LI TAG'�RAF U TAPPOĠĠJA SEHEM IL-'�IDMA TAN-NEGOZJI ŻG'�AR U S-SELF-EMPLOYED FL-IŻVILUPP EKONOMIKU TA' PAJJIŻNA
Dalgħodu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor Edwin Vassallo, ħabbar l-"Advisory Board għall-SBU" (Small Business Efficiency Unit).
L-Onor Vassallo qal li "Maż-żmien ilu jsir diskors dwar l-importanza tan-negozji żgħar fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna. Dwar dan żgur li jidher li hawn qbil. Iżda nħoss li l-isfida attwali u kontinwa hija biex inpo''u fil-prattika dan il-qbil li di'a' jeżisti dwar il-ħtie'a tal-ħidma tan-negozji żgħar u s-self-employed.
Wasalna fi żmien fejn il-forzi kollha tas-suq iridu ji'bdu ħabel wieħed, ikunu ta' l-istess fehma, u jaħdmu biex fil-prattika jagħtu l-ħajja lill-mutur tal-ekonomija ta' pajjiżna li hu magħmul min-negozji żgħar u s-self employed.
Il-Gvern huwa mpenjat biex jara li l-effiċjenza fis-servizz lejn is-settur tan-negozji żgħar u s-self-employed tkun parti mill-kultura ta' dawk kollha li għandhom jagħtu servizz lis-settur.
Wieħed mill-ewwel Kapitli ta' l-acquis communautaire li ngħalaq b'suċċess kien Kapitlu 16 li jitratta l-SMEs. Dan hu l-qofol ta' l-istrate'ija li għandu l-Gvern Malti biex jara li l-SMEs f'pajjiżna jkunu jgawdu mill-istess vanta''i li għandhom dawk fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-qbil li jeżisti dwar Kapitlu 16 issa qed ikun imsaħħaħ permezz ta' dokument ieħor maħrug mill-Kunsill Ewropew li juri l-qbil li hemm bejn il-Gvernijet Ewropej dwar kif jaraw li għandhom jaqdu bl-aħjar servizz lis-settur tan-negozji żgħar, għax minnhom jiddependi s-suċċess fil-ħolqien t'oppurtunitajiet 'odda ta' xogħol.
'�as-settur kummerċjali li huwa magħmul minn self-employed u negozji żgħar, dan iż-żmien ta' bidla huwa żmien kruċjali w importanti ħafna fl-isfond tal-kumplament ta' l-iżvilupp li jeħtieg li jgħaddi minnu l-pajjiż.
Ġejt proprju f'ażjenda tipika li tħabbat wiċċha mall-kompetizzjoni reali tas-suq. Din l-ażjenda iżda, tinsab f'żona industrijali li tixhed telqa w abbandun li matul iż-żmien dawn l-ażjendi ħadmu fih.
Din it-telqa tissinifika era fejn iż-żgħir fl-industrija ftit li xejn kien rikonoxxut. Iżda qegħdin naraw li l-prioritajiet qegħdin jinbidlu. Illum għalkemm l-iżvilupp infrastrutturali ta' din iż-żona huwa su''ett għal deċiżjonijiet li jinvolvu spejjeż, qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Gvern Malti qiegħed jirċievi dokument li jissejjaħ "European Charter for Small Enterprises" li jitkellem dwar l-impenn u l-qbil ta' Gvernijiet Ewropej li qegħdin jintrabtu ma' proċeduri li ser jagħmlu l-ħajja ta' min huwa fin-negozju aktar faċli.
Dan id-dokument ser nibgħatu lill-għaqdiet tan-negozju. Qiegħed nitlob lill-istess għaqdiet tan-negozju biex jitkellmu aktar dwar dan id-dokument li jippromwovi:-
l-għarfien ta' negozji żgħar fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż;
l-effiċjenza li biha jrid jingħata s-servizz burokratiku lis-settur tan-negozji żgħar;
it-tnaqqis ta' proċeduri burokratiċi li qegħdin joħolqu tfixkil għal min irid javvanza fin-negozju tiegħu;
nagħrfu l-importanza ta' min qiegħed jieħu riskju fin–negozju;
it-tagħlim għal tisħiħ fl-entrepreneurship fis-sistema edukattiva;
jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament;
jingħata widen għal-leħen l-imprenditur;
promozzjoni w informazzjoni dwar l-għajnuna li teżisti għas-settur tan-negozji żgħar.
Persważ u ta' dan ninsab konxju li l-għaqdiet tan-negozju ilhom jaħdmu ma' kull amministrazzjoni biex jaraw li s-settur rispettiv tagħhom jingħata r-rikonoxximent li dejjem kien ħaqqu, u fuq kollox jingħata servizz effiċjenti. Illum qegħdin jaraw f'dan id-dokument l-għarfien ta' ħidmithom. F'kelma waħda, dan id-dokuument jagħtihom ra'un. Din hija l-viżjoni tal-Gvernijiet Ewropej. Din għandha tkun il-viżjoni tagħna.
B'sodisfazzjon għalija wkoll, dan id-dokument jagħti imbuttatura 'l quddiem lill-ħidma tiegħi fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Dan id-dokument, huwa impenn nazzjonali u politiku għall-Gvernijiet Ewropej. Il-viżjoni ta' pajjiżna lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea hija deċiżjoni inevitabbli għal min irid ikun organizzat u jirnexxi fis-sistema ekonomika globali.
Fil-fehma tiegħi wasal iż-żmien li wieħed jibda jiddiskuti għaldaqstant "x'ji'ri minn negozji tagħna li jridu jikkompetu jekk pajjiżna jibqa' barra mill-esperjenza Ewropea?"
Dan id-dokument huwa wkoll ta' sodisfazzjon għalija, għaliex jitratta miżuri li di'a' qegħdin naħdmu fuqhom. Mingħajr dan id-dokument u mingħajr l-interess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropeja xejn ma jwaqqafna milli nkomplu naħdmu fuq dawn il-linji. Iżda permezz ta' dan id-dokument u l-kandidatura tagħna fl-Unjoni Ewropea, il-ħidma b'risq servizz effiċjenti, u l-għarfien u l-ħarsien ta' l-inizjattivi ta' min huwa fin-negozju huwa kollu effettwat u iffaċilitat mill–istess impenn li l-Gvern irid jintrabat bih li joffri.
'�al dan il-għan b'sodisfazzjon inħabbar li dan id-dokument ser ikun parti integrali mill-pjan ta' ħidma li ser inressaq għad-diskussjoni mal-għaqdiet tan-negozju li di'a' għandna magħhom eżerċizzju ta' konsultazzjoni kontinwu għaddej.
'�al dan il-għan waqqaft ukoll "Advisory Board għall-SBU" biex iwassal permezz ta' diskussjoni ma' l-għaqdiet tan-negozju għas-suċċess tad-doveri li l-istess SBU 'iet imwaqqfa biex tosserva.
Dan l-Advisory Board huwa kompost mir-rappreżentant tal-GRTU, FOI, u ċ-Chamber of-Commerce. Bl-istess impenn qiegħed ikolli kunsultazzjoni ma' l-għaqdiet l-oħra tan-negozji u għadd kbir ta' koperattivi. Il-ħidma tagħna proprju qiegħda tara li ''ib ‘il quddiem l-istess prinċipji li dan iċ-Charter qiegħed jippromwovi.
Permezz ta' dan id-dokument u l-impenn tal-Gvern nemmen li n-negozjant iż-żgħir tagħna ser igawdi minn politika li ser tara li tipprote'ih mhux billi tiżolaħ, iżda billi toffrilu l-istess opportunitajiet li għandu n-negozjant li qiegħed jikkompetu miegħu.
In-negozjant Malti llum jista' iserraħ moħħu li l-ebda deċiżjoni politika ma hija ser iċċaħħdu mid-dritt tan-negozju. Iżda hawn nemmen li dan għandna nħarsuh billi naraw li l-politika tal-Gvern ma tkunx waħda ta' iżolament. '�aldaqstant il-politika tal-Gvern li ddaħħalna fi sħubija f'suq komuni hija l-mod ta' kif illum nistgħu nħarsu l-milja ta' dawn id-drittijiet politiċi u ekonomiċi li n-negozjant Malti jgawdi minnhom.
Il-ħidma tal-Ministeru għas-Serviizzi Ekonomiċi permezz tas-Segretarjat tiegħi hija ffukata biex tara li f'pajjiżna dawk kollha nvoluti jifhmu dan l-impenn.
It-talba li qiegħed nagħmel lil kull min huwa nvolut fl-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna hija li jara li joffri l-aħjar servizz lin-negozjant Malti
08.08.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN