PUNTI MID-DIKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, IL-PERIT GEORGE PULLICINO WAQT IT-TNEDIJA TA' SKEMA BIEX TINGHATA BI QBIELA ART AGRIKOLA
PUNTI MID-DIKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, IL-PERIT GEORGE PULLICINO WAQT IT-TNEDIJA TA' SKEMA BIEX TINGHATA BI QBIELA ART AGRIKOLA
L-iskema biex tinghata qbiela lil min qieghed jahdem art agrikola (kemm jekk minn dejjem kienet tal-Gvern, jew li kienet tal-Knisja) hija skema biex l-art agrikola tal-Gvern tkun registrata.
It-tlett ghanijiet principali ta' l-iskema huma:
Jigu regolarizzati l-persuni li qed jahdmu l-art izda li mhux bilfors ghandhom xi forma ta' titlu fuqhom;
Il-Gvern jaggorna l-informazzjoni tieghu dwar il-persuni li qed jahdmu l-art;
Il-Gvern jibni database elettronika, liema database tkun tista' tintuza' ukoll mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Kopji tal-policy il-gdida ser jitqassmu mill-Berga tal-Baviera, l-Ufficcju Kongunt, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Kunsilli Lokali minn ghada. Il-formoli ta' l-applikazzjonijiet jistghu jibdew jingabru mill-istess ufficcji mit-Tnejn, 18 ta' Settembru 2000.
L-applikazzjonijiet jigu accettati biss fid-Dipartiment ta' l-Artijiet (fil-Berga tal-Baviera) sa nofsinhar tal-31 ta' Jannar 2001.
Min jista' japplika
Jistghu japplikaw:
Dawk li qed jahdmu art li xi qarib jew habib darba kellu qbiela minghand il-Gvern;
Dawk li qed jahdmu raba' tal-Gvern minghajr ebda titlu jistghu japplikaw biss jekk ikun ilhom jahdmu l-art ghal mill-inqas sentejn qabel japplikaw u jaghmlu dikjarazzjoni guramentata biex jikkonfermaw dan.
Applikazzjonijiet jistghu isiru fuq art agrikola li qed tinhadem. L-ebda applikazzjoni ma tista' ssir fuq art li qabel jew sa l-1 ta' Jannar 2000 kien fiha sigar jikbru. Dan ma jghoddx ghall-art li tintuza ghall-ortikultura jew bhala mixtla (nursery) jew biex jitkabbru fiha sigar ta' frott u dwieli.
Dawk kollha li jigu rikonoxxuti fil-qbiela taht din l-iskema jkunu maghrufa fir-Registru ta' l-Artijiet bhala l-bidwi ufficjali u ghal dan il-ghan isimhom jitnizzel fuq ic-certifikat li jinhareg mill-istess Registru. Dan iservi biex il-bidwi ufficjali jinghata preferenza fuq applikanti ohra (right of first refusal) jekk il-Gvern f'xi zmien fil-hmistax il-sena ta' wara jiddeciedi li jbiegh jew jaghti b'cens din l-istess art.
L-art mqabbla taht l-iskema trid tintuza ghal skop agrikolu biss. Kull min jikser din il-kundizzjoni jista' jigu zgumbrat mill-art kif ukoll jehel penali ta' Lm10 kuljum.
Jezistu bcejjec ta' art tal-Gvern li nqasmu bejn ghadd ta' persuni. Bir-regolamenti l-godda dawk kollha li s'issa kienu rikonoxxuti bhala in solidum ser ikunu jistghu jinfirdu minn xulxin u kull wiehed ikollu kirja ghal rasu. Biex issir il-qasma trid tigi ipprezentata dikjarazzjoni iffirmata quddiem Nutar Pubbliku jew Prokuratur Legali li l-bdiewa kollha jaqblu li ssir il-qasma.
Taghrif tekniku
Ma' kull applikazzjoni wiehed irid jinkludi pjanta, Registration Plan, li tinkiseb mir-Registru ta' l-Artijiet. L-art trid tigi mmarkata fuq ir-Registration Plan minn perit li jqabbad l-applikant stess. Id-Dipartiment ta' l-Artijiet izomm id-dritt li jitlob pjanti iktar dettaljati jekk tinhass il-htiega.
Biex l-iskema tahdem b'mod efficjenti huwa importanti hafna li l-informazzjoni li tinghata fl-applikazzjoni tkun korretta u preciza. Se jkun hemm perjodu wara li taghlaq l-iskema li fiha jinghata cans jigu ndirizzati applikazzjonjiet b'artijiet overlapping.
Sabiex tahdem din l-iskema hadna hsieb ukoll li jsir up-grading tas-software li jintuza mir-Registru ta' l-Artijiet sabiex ikun hemm access dirett ghall-informazzjoni anke mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. B'hekk tnaqqas it-tragitt ghall-applikanti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN