Il-MINISTRU LOUIS GALEA JSELLEM LILL-ARTISTI MIS-SIT TAT-TEATRU L-IMWAQQA'
Il-MINISTRU LOUIS GALEA JSELLEM LILL-ARTISTI MIS-SIT TAT-TEATRU L-IMWAQQA'
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor Louis Galea, zar is-sit tat-teatru l-imwaqqa' fil-Belt Valletta fejn din il-gimgha fethet wirja ghall-apert organizzata bhala parti mill-Festival Iljieli Mediterranji.
Il-Ministru Galea rrikonoxxa li l-Festival Iljieli Mediterranji f'dawn l-ahhar snin kiseb profil importanti fejn tidhol il-kultura originali Maltija, b'avvenimenti artistici li jvarjaw mil-letteratura animata sa spettakli muzikali u opri kantati bl-istil ta' l-ghana tradizzjonali. Fattur ewlieni tal-Festival ghandu x'jaqsam ma' l-arti viziva, u l-esperiment fuq is-sit tat-teatru juri kemm tista' tkun dinamika l-arti f'pajjizna.
Il-Ministru Galea qal li hu ta' sodisfazzjon li din il-wirja qed tinvolvi artisti godda Maltin u ohrajn barranin li qed jghixu fostna, li gew minn inhawi bhall-Bulgarija, il-Germanja, l-Olanda, in-Norvegja u l-Ingilterra. "Mhux biss qed jasal messagg inter-kulturali, xi haga li Malta tixtieq u li ghandha bzonn biex tkompli tevolvi artistikament, imma din il-wirja qed taghti direzzjoni fejn tidhol l-arti kuncettwali socjali'', osserva l-Ministru Galea.
Diversi xoghlijiet tal-wirja, maghmulin minn elementi rikoverati mill-iskart, fil-fatt, qeghdin jibaghtu messagg car ta' protesta, per ezempju, kontra kif qeghdin nittrattaw l-ambjent u kif anki Malta, tista' tkun qed tiknes, bhalma jinkines id-deheb, il-wirt kulturali taghha.
Il-Ministru Galea qal li hu importanti li "l-artisti jkunu l-lehen tal-kuxjenza tal-pajjiz u jallarmawna, kull meta hemm bzonn, biex nieqfu u nirriflettu.''
Diversi xoghlijiet fil-wirja ta' Ljieli Mediterranji nhadmu fil-post bhala installazzjonijiet jew skultura wieqfa. Il-Ministru Galea qal li anki dan hu dettall ta' siwi: "Hu ta' sodisfazzjon li saru dawn it-tentattivi validi, ghaliex il-pajjiz jehtieglu politika artistika li sseddaq l-esperiment u r-riskju kreattiv li jgib mieghu''.
Il-Ministru qal li din il-wirja qed tanticipa l-attivita' kollha li se tkun qed issehh fuq dan is-sit storiku meta jitlesta c-Centru ta' l-Arti l-gdid fi ftit snin ohra. "Dan huwa sit li issa ilu snin twal jitlob ghal intervent determinat, u tajjeb li wirjiet bhal dawn jibqghu jfakkruna, lilna l-politici, li rridu nikkommettu ruhna u nikkonkludu progetti favur il-kultura nazzjonali'', stqarr Louis Galea.
Il-Ministru Galea sellem lill-artisti talli "qed izommu l-antenni mentali taghhom attivi'' u lill-organizzaturi tal-Festival Iljieli Mediterranji talli holqu avveniment annwali li "qed jaghti l-ossignu popolari lil diversi forom ta' l-arti kontemporanja Maltija.''
04.08.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN