IL-MINISTRU TAL-BIEDJA U SAJD JIRCIEVI RINGRAZZJAMENT MILL-AGRICULTURAL EXPORT MARKETING BOARD
IL-MINISTRU TAL-BIEDJA U SAJD JIRCIEVI RINGRAZZJAMENT MILL-AGRICULTURAL EXPORT MARKETING BOARD
Wara laqgha ta' l-Agricultural Export Marketing Board li saret dalghodu, u li fiha nhadmu l-kontijiet kollha ta' l-esportazzjoni tal-patata Alpha lejn l-Olanda ta' din is-sena, il-Bord qieghed ihabbar li l-prezz nett li bih ser jithallsu l-bdiewa li esportaw din il-varjeta` ser ikun ta' LM10.22 il-qantar (80kilos).
Il-Bord ikkonsidra d-diffikultajiet partikolari li ffaccja dan l-istagun, fosthom problemi ta' prezentazzjoni fil-prodott, suq li ma kienx tajjeb fl-Ewropa, u l-ispejjez zejda li hemm fil-kuntratt biex il-prodott jitwassal mix-xatt sa l-imhazen ta' l-importatur Olandiz. Meta qies dan kollu, il-Bord jinsab sodisfatt bil-prezz li ser jiehdu l-bdiewa u ta' dan xtaq li pubblikament, ghan-nom tal-bdiewa esportaturi, jirringrazzja lill-Ministru tal-Biedja u Sajd l-Onorevoli Perit Ninu Zammit, ta' l-interess u l-involviment tieghu personali sabiex seta' jinkiseb dan is-success.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN