Left arrow Mur Lura

KORSIJIET POST-SEKONDARJI GHAL ELUF TA' |GHAZAGH

PR1048
Date Icon 31/07/2000

KORSIJIET POST-SEKONDARJI GHAL ELUF TA' ZGHAZAGH

Eluf ta'zghazagh Maltin li f'Gunju li ghadda spiccaw l-iskola sekondarja jew tas-snajja, jistghu jaghzlu minn fost 62 kors jew apprendistat f'xi wahda mill-iskejjel post-sekondarji ta' l-Istat.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, nieda l-Prospectus ghas-sena 2000-2001 tal-korsijiet Post-Sekondarji, ippubblikat mid-Dipartiment ta' l-Istudji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti flimkien ma' programm ta' ghajnuna u taghrif biex jghin lill-istudenti fl-ghazla taghhom.

Dan il-Prospectus issa qed jintbaghat bil-posta matul din il-Gimgha lill-istudenti kollha li spiccaw l-iskola Sekondarja jew tas-Snajja li kienu jattendu sa Gunju li ghadda.

F'dan il-ktejjeb l-istudenti jsibu informazzjoni Generali dwar il-korsijiet kollha offruti fil-livell Post-Sekondarju. Fih ukoll taghrif dwar il-kriterji li huma applikati ghal dawk il-korsijiet fejn l-ghadd ta' studenti li jistghu jkunu accetati fih hu limitat u jkun hemm numru ta' studenti li jikkwalifikaw ghad-dhul akbar min-numru li jistghu jkunu accetati.

Fih wiehed isib ukoll il-politika ta' "diskriminazzjoni pozittiva'' favur studenti b'dizabilita'.

Wiehed jista' jsib ukoll taghrif dwar is-sistemi ta' appredistat, l-Ghotjiet ta' Manteniment lill-istudenti, l-inizjattiva tal-Young Enterprise u korsijiet ohra ghall-adulti, offruti mid-Dipartiment b'kollaborazzjoni ma' l-ETC. Il-prospett jinkludi wkoll sezzjoni ta' informazzjoni ghall-istudenti barranin li jridu jistudjaw f'Malta.

Fil-jiem li gejjin, kull skola Post-Sekondarja se torganizza laqgha ta' informazzjoni ghall-istudenti u l-genituri taghhom. Il-laqghat hu programmat li jsiru fi granet u hinijiet differenti biex jippermettu lil dawk kollha interessati jattendu ghal aktar minn laqgha wahda u allura jkunu jafu l-ghazliet kollha miftuha ghalihom u ghal uliedhom. Skeda ta' dawn il-laqghat tidher fl-ewwel pa[ni tal-fuljett u tkun imxandra wkoll b'mod frekwenti fuq l-istazzjon televiziv Channel 12.

Il-Ministru Louis Galea inawgura wkoll il-Website tad-Dipartiment li taghti informazzjoni shiha dwar it-taghlim, tahri[ kif ukoll is-servizzi kollha offruti mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni biex jghinu lil dawn l-istudenti. Din il-Website li kienet disinjata minn Ivan Pirotta, Executive Officer tad-Dipartiment, tinsab fl-indirizz: http://www.magnet.mt.home/education/prospect/index.htm

Id-Dipartiment se jilqa' l-applikazzjonijiet ghall-korsijiet organizzati mill-iskejjel li jaqghu taht ir-responsabbilta' tieghu, min-nhar it-Tnejn 28 ta' Awissu sal-{imgha l-1 ta' Settembru 2000 fl-iskola Primarja tal-Floriana u fic-~entru ghall-Istudji Oghla Mikelan[ Refalo f'Victoria, Ghawdex bejn it-8.30 a.m. u nofsinhar. L-applikazzjonijiet jer[ghu jifthu ghal dawk il-korsijiet li jkunu ghadhom ma mtlewx, wara li johor[u r-rizultati tas-SEC f'Settembru.

F'dawn ic-centri se jkun hemm ukoll rapprezentanti tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahri[ u jkun hemm ukoll ufficcju ghall-Guidance u Counselling u iehor ghal studenti barranin.

L-ghadd ta' studenti li qed ikomplu l-istudji taghhom wara li jaghlqu s-16-il sena, li hi l-eta' ta' l-edukazzjoni obbligatorja, qed jizdied minn sena ghall-ohra. F'Ottubru 1999, in-numru ta' studenti li applikaw ghal xi kors Post-Sekondarju kien ta' 4656 li aktar min nofshom kienu tfajliet.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni rringrazzja lid-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Istudji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni li jiehdu hsieb is-settur ta' l-edukazzjoni Post-Sekondarja u lil kulmin ikkontribwixxa ghall-pubblikazzjoni tal-Prospectus li l-qoxra tieghu kienet disinjata minn Chris Dalli u Felician Lanzon, studenti ta' l-Emvin Cremona Arts & Design Centre.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow