IFFIRMAT FTEHIM DWAR IT-TMEXXIJA TA' ZEWG RISERVI NATURALI
IFFIRMAT FTEHIM DWAR IT-TMEXXIJA TA' ŻEWĠ RISERVI NATURALI
Id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent u l-Birdlife Malta llum iffirmaw ftehim dwar it-tmexxija, min-naħa tal-Birdlife, tar-riservi naturali tal-Għadira u tas-Simar. Dan il-ftehim ikopri perijodu ta' ħames snin, iżda mbagħad jista' jer'a' ji''edded.
L-iffirmar sar fir-Riserva Naturali tas-Simar fil-preżenza tal-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, li qal li din hi okkażjoni oħra li turi kemm il-Gvern hu lest li jikkopera b'mod attiv ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u anki jafdahom bit-tmexxija ta' postijiet ta' importanza naturali jew arkeolo'ika.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li r-riserva naturali tal-Għadira kienet l-ewwel waħda li nfetħet f'Malta bl-għajnuna tal-BirdLife u kienet inawgurata fl-1988. Hu qal li din l-inawgurazzjoni kienet saret 21 sena wara li l-BirdLife Malta, dak iż-żmien magħrufa bħala s-Soċjet'� Ornitolo'ika Maltija, kienet ippreżentat rapport dettaljat dwar l-importanza naturali tal-Għadira, fid-dawl ta' pjani li kien hemm biex tinbena triq 'dida.
Hu żied li dak iż-żmien, din l-għaqda, li dejjem kienet proattiva fil-ħidma tagħha, ma kinitx biss o''ezzjonat għal dak il-pro'ett, iżda fasslet pjan biex din l-art mhux biss issir santwarju tal-għasafar iżda wkoll riserva edukattiva fil-qasam naturali, partikolarment tal-għasafar.
Din ir-riserva, kompla l-Ministru Zammit Dimech, illum qed isservi mhux biss bħala post għall-ħarsien tal-għasafar, annimali oħra u pjanti, iżda wkoll bħala post fejn il-pubbliku jitgħallem japprezza s-sbuħija tan-natura. Fil-fatt, aktar minn 5,000 ruħ iżuru din ir-riserva matul is-sena, fosthom tfal ta' l-iskola, u jkunu organizzati żjajjar edukattivi għalihom.
Hu semma wkoll li s-suċċess tar-riserva tal-Għadira wassal lill-istess Birdlife biex disa' snin ilu ''ib espert Ingliż dwar l-użu ta' l-art għal riservi u santwarji tal-għasafar biex jagħti pariri ħalli l-post magħruf bħala s-Simar, f'San Pawl il-Baħar, ukoll jinbidel f'riserva naturali. Is-sena ta' wara ngħata bidu għax-xogħol biex il-post isir riserva naturali u santwarju tal-għasafar.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li x-xogħol fuq din is-riserva għadu għaddej tant li quddiem l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar hemm applikazzjoni biex jinbena ċentru żgħir għall-viżitaturi, u b'hekk din ir-riserva tkun tista' wkoll tibda tinfetaħ regolarment għall-pubbliku u għat-tfal ta' l-iskola.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li la darba Birdlife Malta kienu l-pijunieri ta' dawn iż-żew' riservi naturali u baqgħu wkoll jieħu ħsiebhom tul dawn is-snin, kien xieraq li dan il-kontribut ikun issi'illat formalment permezz ta' kuntratt li permezz tiegħu din l-Għaqda se tkun ukoll megħjuna finanzjarjament biex timmani''ja ż-żew' riservi naturali. Permezz ta' din l-għajnuna, dawn ir-riservi jkunu jistgħu jinfetħu fuq bażi regolari u għal ħinijiet itwal.
Hu qal li m'għandu l-ebda dubju li permezz ta' Birdlife Malta, dawn il-postijiet jibqgħu jgawdu s-sbuħija naturali tagħhom filwaqt li jservu bħala santwarji għall-ħarsien tal-għasafar, mezz ta' edukazzjoni u attrazzjoni għall-pubbliku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN