STQARRIJA
STQARRIJA
Id-Dipartiment tas-Sigurta Socjali jaghmel riferenza ghar-rapporti li dehru fil-media dwar dak li allegatament qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr. Alfred Sant, nhar l-Erbgha 26 ta' Lulju, 2000 waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha tniedi d-dokument dwar il-Politika Socjali Laburista.
Meta wiegeb lill-gurnalisti, fost hwejjeg ohra Dr. Sant qal li qeghdin jaslu rapporti ghand il-Partit Laburista li l-investigazzjonijiet ta' abbuzi mis-servizzi socjali, xi drabi qeghdin isiru b'mod inuman jew ikunu imnebbha minn diskriminazzjoni politika.
Id-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali kategorikament jichad dawn l-allegazzjonijiet. Sew fl-ghoti tal-beneficcji socjali u sew f'investigazzjonijiet dwar frodi fit-tehid ta' dawn il-beneficcji, id-Dipartiment dejjem mexa fuq il-principju sagrosant li minghajr kull pregudizzju ghandhom jigu ezegwiti l-provedimenti skond l-Att dwar is-Sigurta' Socjali. Ta' min ifakkar lill-Onorevoli Kap ta' l-Oppozizzjoni li l-istess ligi tipprovdi li fejn jitwaqqaf jew jigi michud beneficcju, jista' jsir appell quddiem l-Arbitru mahtura taht il-Ligi.
Id-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali hu konvint li fil-qadi tad-dmirijiet tieghu, specjalment f'dak li ghandu x'jaqsam mat-trazzin ta' l-abbuzi fit-tehid tal-beneficcji, ghandu l-appogg ta' kull cittadin onest li ghandu ghal qalbu l-interess nazzjonali.
Ikun apprezzat jekk il-Kap ta' l-Oppozizzjoni jwassal ghall-attenzjoni tad-Dipartiment ir-rapporti li waslulu fejn hu allegat li saret xi forma ta' diskriminazzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN