Left arrow Go Back

L-AHHAR GRUPP TA' KUNSILLI LOKALI JINTRODUCU L-GWARDJANI LOKALI FIL-LOKALIT TAGHHOM

PR1039
Date Icon 28/07/2000

L-A'�'�AR GRUPP TA' KUNSILLI LOKALI JINTRODUĊU L-GWARDJANI LOKALI FIL-LOKALIT'� TAG'�HOM

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr Austin Gatt, qal li fil-media qed jinstemgħu diversi ħrejjef dwar il-Gwardjani u t-Tribunali Lokali u li dawn assolutament mhumiex vera. Hu qal dan il-bieraħ wara nofsinhar waqt l-inawgurazzjoni ta' servizz ta' Gwardjani Lokali fl-aħħar grupp ta' Kunsilli Lokali li huma l-Fgura, Zabbar, Marsascala, Bormla u l-Kalkara.

Il-Ministru Gatt qal li qed jingħad li jkun hemm mijiet ta' nies fil-kju għat-Tribunali Lokali. "Dan mhuwiex minnu. Għalkemm in-numru ta' kawżi appuntati jkun kbir (120 tal-Gwardjani/ 250 tal-Pulizija) fir-realta' in-numru ta' nies li jidhru jkun żgħir ħafna, b'medja ta' 20 fis-seduti tal-Gwardjani Lokali u ta' 30 f'seduti mressqa mill-pulizija," qal Dr. Gatt.

Huwa tkellem ukoll dwar ħrafa oħra li tinstema dwar it-Tribunali Lokali – dik li kull min qed jitla' qed jeħilha doppja. Dr. Gatt qal li kienu biss 14% ta' dawk li kkontestaw li weħlu penali mit-Tribunal u sostna li din il-figura xxejjen qlajjiet bħal dawn.

Huwa tkellem ukoll dwar ħrafa oħra li tinstema dwar it-Tribunali Lokali – dik li kull min qed jitla qed jeħilha doppja. Dr. Gatt qal li kienu biss 14% ta' dawk li kkontestaw li weħħlu penali mit-Tribunal u sostna li din il-figura xxejjen qlajjiet bħal dawn.

Il-Ministru Gatt qal ukoll li kemm ilha li bdiet is-sistema tal-Gwardjani Lokali nħar'u 34,096 ticket u li minnhom 28,513 inħar'u mill-Gwardjani u 5,583 inħar'u mill-Pulizija. Dawn jammontaw għal Lm 381,000. Dr. Gatt qal ukoll li 32% ta' dawn il-multi dig'� tħallsu u li kważi fil-Kunsilli Lokali kollha s-sistema wriet li hija sostenibbli.

"Il-ħidma tagħna mhux ser tieqaf hawnhekk," kompla Dr. Gatt, "Nafu li hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu biex intejbu s-sistema u fil-fatt matul is-sena d-dieħla bi ħsiebna nikkonsolidaw is-sistemi kollha tagħna, nagħmlu awditjar sħiħ tat-tħaddim tas-sistema f'kull re'jun u kif ukoll ninvestu aktar fit-taħri' speċjalizzat tal-Gwardjani Lokali.

Il-Ministru kkonkluda billi stqarr li dawn il-lokalitajiet huma lokalitajiet daqs oħrajn u r-residenti tagħhom jistħoqqilhom l-aqwa servizz possibbli biex dejjem intejbulhom il-kwalit'� tal-ħajja taghhom. Huwa qali li l-Kunsilli Lokali għamlu pass ta' kura'' li qed jilqgħu din l-isfida – pass lejn il-bidla ta' kultura fejn kullħadd irid jifhem li ħadd ma jista' jibqa' jagħmel li jrid.

Huwa temm billi awgura ħidma fejjieda lil dawn il-Kunsilli Lokali li daħlu fis-sistema mill-bieraħ stess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow