IL-MINISTRU JOE BORG IKOMPLI BIZ-ZJARA TIEGHU FIC-CINA
IL-MINISTRU JOE BORG IKOMPLI BIZ-ZJARA TIEGHU FIC-CINA
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Dott. Joe Borg kompla biz-zjara ufficjali tieghu fic-Cina fejn kellu laqghat fl-ibliet ta' Xian, Shanghai, Suzhou u f'Hong Kong.
It-tema principali fil-laqgha li l-Ministru Borg kellu mal-Vici-Gvernatur tal-Belt ta' Xian kienu l-possibbilta` li delegazzjoni kulturali mill-provincja ta' Shaanxi izzur Malta aktar tard din is-sena sabiex tiddiskuti koperazzjoni kulturali bejn il-Muzew prestigjuz ta' l-istess Provincja u l-Muzew Nazzjonali Malti.
Il-Vici-Gvernatur ta' Shaanxi wera' ix-xewqa li jsir gemellagg bejn il-belt storika ta' Xian ma' belt Maltija.
F'Shanghai, l-Onor Joe Borg kellu laqghat mal-Vici-Gvernatur ta' din il-Belt u gie diskuss tishih ta' koperazzjoni fil-qasam ekonomiku bejn Malta u Shanghai. Il-Ministru Borg gie milqugh ukoll mill-amministratur ta' zona ekonomika ta' PuDong fejn inghata taghrif dwar l-izvilupp kbir li qed isir f'din il-Municipalita`.
Fil-Belt ta' Suzhou, il-Ministru kellu tahdidiet mad-dirigenti ta' din il-Belt maghrufa ghall-Arti fil-qasam ta' l-insig tal-harir, u ghall-gonna.
F'Hong Kong il-Ministru Borg kellu laqgha importanti mal-Kummissarju ghall-Affarijiet Barranin tac-Cina, l-E.T. Ma Yuzhen fejn spjegaw lil xulxin il-politika rispettiva taz-zewg pajjizi.
L-Onor Joe Borg kien ukoll il-mistieden ta' l-unur ghal pranzu moghti lilu mill-Konslu Onorarja ta' Malta ghal Hong Kong, is-Sinjura Vivien Chou Chen, li ghalih kien hemm mistiedna rapprezentanti tal-qasam politiku, ekonomiku, finanzjarju u turistiku f'Hong Kong
Laqghat ohra li l-Ministru Borg kellu f'Hong Kong kienu dawk ma' l-Awtorita` tat-Turizmu u mal-Kunsill ghall-Izvilupp Kummercjali.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u d-delegazzjoni tieghu huma mistennija jaslu lura Malta aktar tard illum.
27.07.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN