Left arrow Go Back

IL-MINISTRU MICHAEL REFALO JATTENDI C-CELEBRAZZJONI GHALL-25 ANNIVERSARJU MILL-FTUH TAL-LUKANDA CAROLINA

PR1035
Date Icon 27/07/2000

IL-MINISTRU MICHAEL REFALO JATTENDI C-CELEBRAZZJONI GHALL-25 ANNIVERSARJU MILL-FTUH TAL-LUKANDA CAROLINA

Fl-okkazjoni tac-celebrazzjoni tal-hamsa u ghoxrin anniversarju mill-ftuh tal-lukanda Carolina, f'San Pawl il-Bahar, il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo, fahhar lill-koppja Spiteri u wliedhom ghas-success li wettqu tul tant snin fit-tmexxija ta' lukanda Three Star – qasam fejn minn zmien ghall-iehor jitfaccaw problemi u jinstemghu lmenti.

"Sabih li flok gejt nisma' lmenti u nghin fis-soluzzjoni ta' problemi, illum gejt hawn biex nifirhilkom. U tassew jisthoqqilkom il-prosit ghax ghandkom lukanda mimlija daqs bajda. Mhux illum biss izda minn dak li smajt ghas-sajf kollu."

"It-turisti ma jikbrux fuq is-sigar u lanqas jaqghu mis-sema'. Biex timtela' Malta jehtieg il-hidma ta' l-Awtorita' u fuq din, il-hidma ta' kull sid ta' lukanda. Ir-rizultati li ksibtu llum u fuq medda ta' snin huma sforz il-hidma taghkom."

"Min jistrieh biss fuq ir-reklamar tal-MTA u joqghod jistenna x-xoghol gej ma jistax jippretendi rizultati tajbin daqs taghkom".

Il-Ministru Refalo qal li kien jixraq li f'ambjent li jirrifletti success jizvela u jaghti l-ewwel hjiel tar-rapport imtella' mill-MTA dwar il-qaghda tal-lukandi Three Star u ohrajn izghar.

Fil-bicca l-kbira dawn il-lukandi huma zghar tant li 77% ghandhom inqas minn 100 sodda u 75% ta' l-istabilimenti fil-kategoriji Two Star u One Star ghandhom inqas minn 50 sodda. Fl-istess hin hawn stabbilimenti li ghandhom 600 sodda u sahansitra wkoll fuq l-2000 sodda.

Ghalkemm mill-istharrig hareg li hemm ftit li ghandhom nuqqasijiet, anke kbar, fil-bicca l-kbira mil-lat strutturali jixhdu livell tajjeb.

Ir-rapport ighid li hemm xi lukandi zghar li jifthu fix-xhur tas-sajf biss waqt li ohrajn jaghlqu ghax-xitwa. 80% tax-xoghol jigi mit-tour-operators u t-turisti li jospitaw huma kwazi kollha family units u anzjani.

Filwaqt li l-lukandi Three Star jimpjegaw numru mdaqqas ta' haddiema full time u jzidu l-part timersfis-sajf, dawk izghar jiddependu hafna mill-familjari u mill-ingagg ta' part timers meta l-aktar ikollhom xoghol.

Hlief ghal xi eccezzjonijiet zghar jidher li s-sidien tal-lukandi sabu mezz kif jaghmlu mit-tmexxija ta' l-istabbilimenti taghhom operazzjoni kummercjalment vijabbli ghalkemm il-percentwali ta' qligh u vijabilita' tvarja hafna bejn stabbiliment u iehor".

Il-Ministru Refalo qal li r-rapport flok pessimizmu fis-settur jixhed spirtu ta' intrapriza u xoghol. "Filwaqt li veru hemm min ibaghti hemm wkoll sidien lesti jinvestu aktar biex itejjbu l-prodott taghhom u jkunu aktar kompetitivi".

"Il-pakkett ta' incentivi li tfassal minn kumitat imwaqqaf mill-Ministeru jahseb wkoll biex ighin il-kategorija Three Star u lukandi zghar".

"Il-pakkett li bhalissa qed jigi mifli mill-Awtorita' jahseb ghall-skemi ta' tahrig, informazzjoni, ghajnuna teknika u finanzjarja. Izda l-pakkett japplika l-aktar ghal min hu lest ighin lilu nnifsu. Dawn tassew ikun jisthoqqilhom inkoraggiment", temm ighid il-Ministru Refalo.

27.07.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow