QED TKUN RESTAWRATA L-BATTERIJA TA' PEMBROKE
QED TKUN RESTAWRATA L-BATTERIJA TA' PEMBROKE
Ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta' postijiet storiċi huma wkoll parti mill-ħidma favur l-ambjent u minkejja l-limitazzjonijiet li jeżistu kemm mil-lat ta' riżorsi kif ukoll finanzjarji, il-Ministeru għall-Ambjent se jibqa' jagħmel ħiltu biex ma jħallix jintilfu monumenti storiċi, partikolarment dawk mibnija mill-'ebla Maltija.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu mar jara xogħol ta' restawr li qed isir f'dak li kien fadal mill-Batterija ta' Pembroke, li nbniet mill-Ingliżi lejn tmiem is-seklu dsatax u li kienet spiċċat kważi mirduma għal kollox minn materjal li twaddab f'dawk l-inħawi tul is-snin. Ix-xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni tal-post ilu sejjer għal din l-aħħar sena minn ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u ta' l-Uffiċċju Ċentrali tad-Distretti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. F'din il-ħidma l-post kien trattat bħala sit arkeolo'iku.
Il-partijiet li fadal minn din il-batterija, li kienet nbniet b'mod li ma tidhirx minn fuq il-vapuri qrib il-kosta f'dawk l-inħawi u li llum spiċċat f'nofs housing estate, jinkludu trunċiera f'forma semi-ċirkulari, foss, u maħżen ta' l-armi u munizzjoni taħt l-art.
Il-Ministru Zammit Dimech semma li għal din is-sena hu stmat li l-Ministeru jonfoq aktar minn miljun lira fuq xogħlijiet ta' restawr, manutenzjoni u riabilitazzjoni ta' postijiet storiċi, liema ħidma qed issir permezz tal-Unit tar-Restawr, tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u tal-Pro'etti għar-Riabilitazzjoni. Hu semma li din il-ħidma tinkludi wkoll il-manutenzjoni fuq bażi regolari tal-Palazzi Presidenzjali u tal-Girgenti, Bere', u l-Kon-Katidral ta' San Ġwann.
Hu żied li r-restawr tal-Batterija ta' Pembroke hu wieħed minn dawk il-pro'etti li qed isiru bl-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali, li qed jieħdu azzjoni biex jirriabilitaw postijiet li ilhom mitluqin minkejja li għandhom ċertu valur storiku. Hu qal li ħidma bħal din qed issir ukoll fuq kappelli antiki u bini ieħor ta' ċerta importanza f'diversi lokalitajiet oħra.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħarsien ta' postijiet storiċi flimkien mat-tisbiħ ta' postijiet pubbliċi u l-indafa kollha jiffurmaw parti mill-ħidma favur il-ħarsien ta' l-ambjent li ma jikkonsistix biss mill-arja, il-baħar u l-ispeċi li jeżistu fuq l-art. F'dan il-kuntest hu semma l-pro'etti ta' tisbiħ li qed isiru mill-Ministeru f'diversi nħawi ta' Malta, minbarra l-pro'etti li qed isiru direttament mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll it-tindif kontinwu li qed isir f'toroq u postijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbilt'� tal-Gvern Ċentrali.
Fl-istess waqt hu wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li għad fadal uħud li għadhom ma jistgħux jifhmu l-ħsara li qed jagħmlu lilhom infushom u lil pajjiżhom billi ma jżommux l-indafa. Hu tenna li l-mediastess għandha tieħu l-inizjattiva biex hi stess teduka lill-pubbliku dwar dan il-vizzju li qed jiswa lill-pajjiż il-miljuni fis-sena.
Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li issa li kienu introdotti l-Gwardjani Lokali wieħed jittama li l-affarijiet jibdew jinbidlu billi dawn jiftħu aktar għajnejhom għal abbużi dwar nuqqas ta' ndafa, kif ukoll billi jibdew jieħdu nota ta' ċerti nuqqasijiet li jkunu ltaqgħu magħhom waqt ir-ronda, bħalma huma ħsarat f'sinjali tat-toroq, ħsarat f'bankini, u skart f'postijiet li kollha jagħtu dehra kerha ta' pajjiżna. B'hekk ċerta azzjoni tkun tista' tittieħed kemm jista' jkun malajr.
27.07.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN