Left arrow Go Back

QED TKUN RESTAWRATA L-BATTERIJA TA' PEMBROKE

PR1032
Date Icon 27/07/2000

QED TKUN RESTAWRATA L-BATTERIJA TA' PEMBROKE

Ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta' postijiet storiċi huma wkoll parti mill-ħidma favur l-ambjent u minkejja l-limitazzjonijiet li jeżistu kemm mil-lat ta' riżorsi kif ukoll finanzjarji, il-Ministeru għall-Ambjent se jibqa' jagħmel ħiltu biex ma jħallix jintilfu monumenti storiċi, partikolarment dawk mibnija mill-'ebla Maltija.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu mar jara xogħol ta' restawr li qed isir f'dak li kien fadal mill-Batterija ta' Pembroke, li nbniet mill-Ingliżi lejn tmiem is-seklu dsatax u li kienet spiċċat kważi mirduma għal kollox minn materjal li twaddab f'dawk l-inħawi tul is-snin. Ix-xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni tal-post ilu sejjer għal din l-aħħar sena minn ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr u ta' l-Uffiċċju Ċentrali tad-Distretti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. F'din il-ħidma l-post kien trattat bħala sit arkeolo'iku.

Il-partijiet li fadal minn din il-batterija, li kienet nbniet b'mod li ma tidhirx minn fuq il-vapuri qrib il-kosta f'dawk l-inħawi u li llum spiċċat f'nofs housing estate, jinkludu trunċiera f'forma semi-ċirkulari, foss, u maħżen ta' l-armi u munizzjoni taħt l-art.

Il-Ministru Zammit Dimech semma li għal din is-sena hu stmat li l-Ministeru jonfoq aktar minn miljun lira fuq xogħlijiet ta' restawr, manutenzjoni u riabilitazzjoni ta' postijiet storiċi, liema ħidma qed issir permezz tal-Unit tar-Restawr, tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u tal-Pro'etti għar-Riabilitazzjoni. Hu semma li din il-ħidma tinkludi wkoll il-manutenzjoni fuq bażi regolari tal-Palazzi Presidenzjali u tal-Girgenti, Bere', u l-Kon-Katidral ta' San Ġwann.

Hu żied li r-restawr tal-Batterija ta' Pembroke hu wieħed minn dawk il-pro'etti li qed isiru bl-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali, li qed jieħdu azzjoni biex jirriabilitaw postijiet li ilhom mitluqin minkejja li għandhom ċertu valur storiku. Hu qal li ħidma bħal din qed issir ukoll fuq kappelli antiki u bini ieħor ta' ċerta importanza f'diversi lokalitajiet oħra.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħarsien ta' postijiet storiċi flimkien mat-tisbiħ ta' postijiet pubbliċi u l-indafa kollha jiffurmaw parti mill-ħidma favur il-ħarsien ta' l-ambjent li ma jikkonsistix biss mill-arja, il-baħar u l-ispeċi li jeżistu fuq l-art. F'dan il-kuntest hu semma l-pro'etti ta' tisbiħ li qed isiru mill-Ministeru f'diversi nħawi ta' Malta, minbarra l-pro'etti li qed isiru direttament mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll it-tindif kontinwu li qed isir f'toroq u postijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabbilt'� tal-Gvern Ċentrali.

Fl-istess waqt hu wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li għad fadal uħud li għadhom ma jistgħux jifhmu l-ħsara li qed jagħmlu lilhom infushom u lil pajjiżhom billi ma jżommux l-indafa. Hu tenna li l-mediastess għandha tieħu l-inizjattiva biex hi stess teduka lill-pubbliku dwar dan il-vizzju li qed jiswa lill-pajjiż il-miljuni fis-sena.

Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li issa li kienu introdotti l-Gwardjani Lokali wieħed jittama li l-affarijiet jibdew jinbidlu billi dawn jiftħu aktar għajnejhom għal abbużi dwar nuqqas ta' ndafa, kif ukoll billi jibdew jieħdu nota ta' ċerti nuqqasijiet li jkunu ltaqgħu magħhom waqt ir-ronda, bħalma huma ħsarat f'sinjali tat-toroq, ħsarat f'bankini, u skart f'postijiet li kollha jagħtu dehra kerha ta' pajjiżna. B'hekk ċerta azzjoni tkun tista' tittieħed kemm jista' jkun malajr.

27.07.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow